Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/45293
Title: | Devozzjoni lejn l-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba : avveniment principali mit-twaqqif ta' dan is-seklu |
Authors: | Farrugia, Charles J. |
Keywords: | Mary, Blessed Virgin, Saint -- Devotion to -- Malta -- Mqabba Feast of the Immaculate Conception -- Malta -- Mqabba -- History Mary, Blessed Virgin, Saint -- Sinlessness |
Issue Date: | 2004 |
Publisher: | Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju |
Citation: | Farrugia, C. J. (2004). Devozzjoni lejn l-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba : avveniment principali mit-twaqqif ta' dan is-seklu. Program Festa tal-Madonna tal-Gilju 2004, Imqabba, 59-67. |
Abstract: | Dak li gara fit-8 ta' Diaembru 1854 bid-definizzjoni tad-Domma ta' l-Immakulat Koncepiment ta' Marija kien il-quccata ta' sekli shah ta' devozzjoni. Wiehed jista jghid li anke fuq livell ekkleZjastiku ogholi, l-ideja tal-Koncipiment bla tebgha tal-Madonna kienet ilha tissemma mill-anqas ghal aktar minn 1400 sena qabel l-1854. Insibu per ezempju li l-ewwel Koncilju Generali ta' Efesu fl-400, ir-raba' ta' Toledo fis-634, is-sitta ta' Kostantinopli fis-680, u t-tieni ta' Nicea fis-787, kollha tkellmu favur l-Immakulat Koncepiment ta' Marija Santissima. Kien imbaghad is-Sinodu provincjali ta' Oxford fl-1222 li ordna l-festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni ta' Marija.Id-devozzjoni lejn l-Immakulata Kuncizzjoni f'Malta u Ghawdex hija antika ferm. Dokument interessanti huwa Cabreo ta' mien il-Granmastru Vilhena u li jindika li ghall-habta tal-1652 kienu diga jsiru purcissjonijiet ta' l-Immakulta Kuncizzjoni u tal-Madonna tal-Gilju gewwa Ghawdex. L-istess dokument juri li fl-1760 l-Isqof Bartolomeo Rull ta permess li ssir purcissjoni mat-toroq tar-Rabat bil-vara ta' l-Immakulata Kuneizzjoni. F' diversi lokalitajiet Maltin kien hemm devozzjoni u celebrazzjonijiet ad unur l-Immakulata Kuncizzjoni u hafna drabi dawn kienu marbuta ma' festi f' gieh il-Madonna tal-Gilju. Insibu per ezempju li bejn is-snin 1695 u 1699 il-fratellanza ta' l-Immakulata Kuncizzjoni fl-Isla bdiet torganizza zewk purcissjonijiet, wahda fil-festa ta' l-Immakulata u l-ohra fir-raba' Hadd tax-xahar ta' Mejju. Anke fl-Imqabba, id-devozzjoni lejn l-Immakulat Koncepiment ta' Marija hija ferm eqdem mid-definizzjoni tad-Domma fl-1854. L-Isqof Balaguer fil-Vista Pastorali tieghu tas-sena 1636 isemmi l-Altar tal-Madonna tas-Sokkors, kult li fis-seklu sbatax kien jithallat sew mal-kult ta' l-mmakulata Kuncizzjoni. Fil-Vizta Pastorali tal-1680 mill-Isqof Molina jissemma l-'altare della Ssma. Concezione dotato di tari sei annuali da Bartolomeo Magri'. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/45293 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacMKSLIAS |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Devozzjoni_lejn_l-Immakulata_Kuncizzjoni_fl-Imqabba_2004.pdf | 1.58 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.