Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48984
Title: Tnisslet u nisslet
Authors: Bonnici, Arthur
Keywords: Parish Church of St. Cajetan (Ħamrun, Malta) -- History
Feasts, Religious -- Malta -- Ħamrun
Ħamrun (Malta) -- Church history
Issue Date: 1975-07-12
Publisher: Catholic Church. Archdiocese of Malta
Citation: Bonniċi, A. (1975, July 12). Tnisslet u nisslet. Leħen is-Sewwa, pp. 3.
Abstract: F'dan l-artiklu l-awtur jitkellem fuq il-Knisja tal-Hamrun iddedikata lil San Gejtanu. Fit-18 ta' Lulju 1869, l-Isqof Mons. Gejtanu Pace Forno kien bierek l-ewwei ġebla ta l-istess knisja, li ġiet iddedikata lil San Gejtanu, b'wirja ta' ġieħ lejn dak l-Isqof li ken iġib dak l-isem u kien benefattur mill-aqwa ghall-bini tagħha. Il-11 ta' Lulju 1875, ken jum ta' festa kbira ghan-nies ta' dawk l- inħawi li kienu ilhom jixtiequ knisja akbar fir-raħal tagħhom, li dak iż żmien ken magħruf bħala "Raħal San Gużepp", mnejn ħadet l-isem it-triq ewlenija li taqsam il- Hamrun. Dak iż-żmien, f'dak ir-rahal kien għad hemm żewġ knejjes biss u dawn kienu żgħar. Dawn kienu dik tas-Samra, li ħadet l-isem mill-lewn samrani tal-Madonna fix xbiha ewlenija tagħha, mibnija fis-sena 1630, u dik Tal Madonna ta' Portu Salvu, imsejħa, dak iż-żmien, ta' San Gużepp minħabba l-post fejn kienet mibniija, jew ta' Antonuccio, jew ta' Tonuzzu, ta' Tunozzu, illum Santunnuzzu, mibnija fl- 1745. Fl-1913, l-Isqof Pietru Pace qata' parti min naħa ta' fuq tal-Hamrun, u minnha sawwar il-parroċċa ta' Santa Venera u minn biċċiet meħudin minn paroċċi oħra. Fl-istess sena ttiehdet biċċa oħra min-naħa t'isfel, ħalli titwaqqaf il-parroċċa tal--Marsa. Fl-1967 I-Arċisqof Gonzi qata' biċċa mill-Hamrun u waqqaf il-parroċċa l-gdida tal-Kunċizzjoni. B'hekk dik il-knisja li qabel kienet filjali ta' oħra saret matrici.
Description: From the private collection of Mr Salvino Camilleri.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48984
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lehen is-Sewwa_1975_07_12_Bonnici_Arturo_Tnisslet u nisslet.pdf2 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.