Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5324
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-05T13:15:09Z
dc.date.available2015-10-05T13:15:09Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5324
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIt-tiftix għall-kitba bikrija bil-Malti huwa proċess kontinwu u dejjiem minħabba li għad hemm dokumenti x’jiġu skoperti u li għadhom fid-dlam, imwarba f’xi rokna lesti biex jinstabu u jimlew il-vojt fl-istorja tal-ilsien Malti. Meta dawn il-kitbiet jingħaqdu flimkien joħolqu stampa iktar sħiħa ta’ dak li seta’ kien il-Malti qabel ma’ ħa din is-sura u li permezz t’hekk isir studju dijakroniku tal-lingwa. Wieħed mill-oqsma ta’ riċerka li qed jingħata importanza tul dan l-aħħar snin huwa l-qasam tal-predikazzjoni. L-interess fuq it-tiftix għall-prietki żdied u miegħu ġab tagħrif ġdid fuq predikaturi stabbiliti imma wkoll oħrajn li għadhom anonimi. Dan it-tagħrif qanqalli interess u wara indikazzjonijiet li jeżistu diversi prietki fil-librerija tal-Oratorju ta’ San Filippu tal-Isla, ir-riċerka bdiet issir. Dawn il-prietki huma lkoll kemm huma ta’ Franġisku Saverju Baldacchino (1774-1860). Diġà sar studju u analiżi dwar wħud mill-prietki ta’ Baldacchino mill-Professur Oliver Friggieri u saret il-ġabra ta’ dettalji bijografiċi minn Patri Victor Xuereb flimkien ma’ pubblikazzjoni tal-poeżiji ta’ Baldacchino stess. Dan l-istudju huwa maħsub li jipprovdi iktar osservazzjonijiet dwar Franġisku Saverju Baldacchino, is-sehem tiegħu fl-istorja tal-ilsien Malti, l-inizjattiva li jikteb bil-Malti f’kultura Taljana, il-kontribut ta’ xogħlijietu li jagħtu dawl ġdid fuq x’tip ta’ lingwa kienet qed tingħad u tinkiteb fl-aħħar kwart tas-seklu tmintax bidu tas-seklu dsatax, u li permezz ta’ tħaddim sew tal-pinna Baldacchino ħalla warajh prietki li huma mirquma fil-kelma b’xejriet stilistiċi li kienu bdew jiġu stabbiliti fil-qasam tal-predikazzjoni imma wkoll li hu jtihom libsa ġdida biex jikkomunika l-vuċi t’Alla bħala wieħed mill-Ministri tiegħu. Fuq livell lingwistiku l-iskop huwa li jitwieġbu mistoqsijiet bħal: x’tip ta’ lessiku kien qed jintuża fil-prietki?; b’liema ortografija kienu qed jinkitbu?; liema konsononati bidlu l-ħoss tagħhom?; x’xejriet morfoloġiċi joħorġu mill-prietki?; liema kliem biddel it-tifsira lessikali tiegħu? u x’tip ta’ stil kien qed juża Baldacchino biex jippreżenta dawn il-prietki quddiem in-nies preżenti? L-ewwel taqsima ser tittratta r-reġistru reliġjuż imqabbel ma’ xogħlijiet barranin u l-influwenza tal-Barokk fil-prietki Maltin li tidher li ħalliet impatt fuq l-istil ta’ kitba. Ser jissemmew il-prietki bil-Malti li nkitbu minn diversi predikaturi biex jingħata l-isfond storiku b’risq is-sehem tagħhom għall-bidu tal-kitba mirquma bil-Malti. Nagħlaq il-kapitlu b’lista ta’ xogħlijiet li saru minn studjużi varji fuq prietki bikrin biex tingħata referenza għal min irid ifittex fuqhom. Fit-tieni taqsima ser jingħata informazzjoni bijografiku dwar Franġisku Saverju Baldacchino, osservazzjonijiet oħra li ħarġu mill-prietki fosthom li kien bniedem intelliġenti u tal-knisja mixħut għal kollox għall-ħidma pastorali u li kien jipprietka mhux biss l-Isla imma anke l-Qrendi. Imbagħad tingħata lista tax-xogħlijiet li ħalla warajh Baldacchino fosthom poeżiji bil-Malti u għadd ġmielu ta’ volumi li qalb il-ħafna prietki bit-Taljan inkluda prietki bil-Malti. Fl-aħħar nagħlaq b’esperjenza personali billi nispjega kif sar il-pjan ta’ ħidma u kummenti ġenerali. Fit-taqsima tlieta ser tidher it-traskrizzjoni tas-sitt prietki magħżula bir-raġunijiet għala ntagħżlu dawn il-prietki mill-bqija. Dawn il-prietki qed jidhru għal ewwel darba f’dan l-istudju. Ir-raba’ taqsima tikkonsisti mill-analiżi ta’ dawn is-sitt prietki. L-analiżi nqasmet f’dawn il-kategoriji: l-ortografija, il-fonoloġija, il-morfoloġija, il-lessiku, is-semantika u osservazzjonijiet stilistiċi. Fl-aħħar taqsima nġabar fiha l-punti importanti mill-analiżi u l-konklużjonijiet li ħarġu minnha.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectBaldacchino, Francesco Saverio, 1774-1860en_GB
dc.subjectMaltese literature -- 19th centuryen_GB
dc.subjectSermons -- History and criticismen_GB
dc.subjectMaltese literature -- History and criticismen_GB
dc.titleGabra ta' prietki ta' Frangisku Saverju Baldacchino traskritti u analizzatien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGrima, Jade
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL009.pdf
  Restricted Access
1.78 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.