Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/53765
Title: | Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa il-Frangiskani jitkeccew mic-Cenaklu (1551) |
Authors: | Muscat, Noel |
Keywords: | Franciscans -- History Franciscans. Custody of the Holy Land -- History Cenacle (Jerusalem) -- History |
Issue Date: | 2014 |
Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
Citation: | Muscat, N. (2014). Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa il-Frangiskani jitkeccew mic-Cenaklu (1551). Lehen l-Art Imqaddsa, 35(186), 06-15. |
Abstract: | Għall-Franġiskani, iċ-Ċenaklu hu meqjus bħala l-ewwel Santwarju li fih huma għexu b’mod stabbli fl-Art Imqaddsa sa mill-1335. Imma l-istorja tal-kunvent tal-Għolja ta’ Sijon mhix waħda faċli. L-ebda Santwarju ieħor ma ra taqlib u atti ta’ vjolenza daqs dan is-Santwarju li fih twieldet il-Kustodja tal-Art Imqaddsa fl-1342. L-istorja taċ-Ċenaklu hi marbuta ħaġa waħda mal-istorja tal- Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Dan il-post qaddis kellu ħajja qasira meta nqabbluh mal-istorja twila tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Wara li, kif rajna, fra Roger Guérin ħadem biex ir-Re Roberto ta’ Anjou u r-Reġina Sancia ta’ Majorca jixtru minn buthom iċ-Ċenaklu u jagħtuh lill-Franġiskani, l-istorja tal-patrjiet li marru joqogħdu f ’dan il-kunvent wara l-1335 kienet dejjem storja ta’ taħbit u qtigħ ta’ qalb quddiem il-pretensjonijiet tal- Musulmani u l-Lhud li raw kif għamlu biex jaħtfu ċ-Ċenaklu f ’idejhom għax kienu jinsistu li, fiċ-Ċenaklu kien hemm midfun ir-Re David. Kienet din il-konvinzjoni bbażata fuq interpretazzjoni falza tal-istorja li wasslet biex il-Franġiskani, wara ħafna problemi, sfaw imkeċċijin definitivament miċ-Ċenaklu fl-1551 wara 216 sena li fihom kienu għexu f ’dan il-post qaddis. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/53765 |
Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 186 : Ottubru-Dicembru : 2014 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 186 : Ottubru-Dicembru : 2014 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Storja_tal-Frangiskani_fl-Art_Imqaddsa_il-Frangiskani_jitkeccew_mic-Cenaklu_(1551)_2014.pdf | 644.57 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.