Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54438
Title: II-Ktieb tal-Pesta
Authors: Cassar, Joe
Keywords: Plague, Malta, 1675-1676
Tarxien (Malta) -- History
Plague -- Malta -- Tarxien -- 17th century
Epidemics -- Malta -- Tarxien -- History
Diseases -- Social aspects -- Malta -- Tarxien -- History
Issue Date: 2009
Publisher: Tarxien : Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata
Citation: Cassar, J. (2009). II-Ktieb tal-Pesta. Festa Titulari Marija Annunzjata, 2009, 41, 43.
Abstract: Fil-faċċata tal-Ktieb markat numru 2 fl-Arkivji Parrokkjali ta' Ħal Tarxien, hemm miktub Ii dan jiġbor fih lista tal-mejtin bejn is-sena 1662-1736 flimkien rna' żewġ żwiġijiet tat-8 ta' Novembru 1662 u tas-7 ta' Jannar 1663. L-ewwel 30 folja fihom in-numru fuq, miktub bil-Iinka Ii tidher Ii għandha ż-żmien. Il-folji ta' wara ngħataw l-għadd sal-291 bil-biro. Il-folja ta' wara ma għandhiex numru. Jissuktaw 14-il folja miktubin fug iż-żewġ naħat imma huma bla numru. Min ħadem bil-biro wara Ii niżżel in-numru 223 fuq folja għadda għan-numru 234 minflok għan-numru 224. Lejn l-aħħar hemm karta kaħla vojta. Wara din hemm 14-il folja miktuba fuq żewħ naħat u folja Ii ssemmi l-mewt ta' tliet trabi: Barbara Mifsud, Maria Agius, Gratia Pisano(?) u wara nkiteb bil-maqlub, b'kalegrafija oħra ż-żwiġijiet ta' Antonio Farrugia miż-Żurrieq ma' Evanġelista Falzon minn Ħal Tarxien u ta' Giodomenico Muscat minn Ħal Qormi u Antonia Calleja minn Ħal Tarxien. Fil-paġna 221 tat-tieni ktieb hemm miktub Ii r-reġistru għas-snin 1699-1765 jinstabu fit-tielet ktieb. Għalhekk għas-snin 1699-1736 hemm żewġ Iisti ta' mejtin waħda fit-tieni ktieb u l-oħra fit-tielet. Tiflija turi Ii fit-tieni ktieb fuq karti żgħar tniżżlu l-imwiet ta' trabi u tat-tfal Ii għadhom ma għamlux il-preċett u fit-tielet ktieb magħmul minn folji akbar, hemm Iista tal-mejtin Ii għexu aktar. Il-Kappillani Dun Bernard Azzopardi, Dun Ġakbu Murga u Dun Ġwakkin żammew l-istess sistema. Fit-tielet ktieb mis-26 ta' Ottubru 1737 hemm imniżżla l-mewt tat-tarbija (infans) Imperia bint Petrus Farrugia u Anna ta' 3 snin. Kbar u żgħar bdew issa jitniżżlu f'daqqa.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54438
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
II_ktieb_tal_pesta.pdf131.18 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.