Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55191
Title: Id-djakni fil-knisja... sejha ghad-Djakonija
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Deacons -- Catholic Church
Deacons -- Biblical teaching
Christian hagiography
Bible. Acts -- Criticism, interpretation, etc.
Deaconesses -- Catholic Church
Issue Date: 2013
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2013). Id-djakni fil-knisja... sejha ghad-Djakonija. Lehen l-Art Imqaddsa, 34(182), 16-20.
Abstract: Il-kelma griega għal djaknu hija ‘diakonos’ li nsibuha 29 darba fil-Ġdid Testemnt, litteralment il-kelma tfisser ‘dak li jservi f’nofs (dia) imwejjed’ (ara Matt 22:13 u Ġwanni 2:5-9). Kristu (Kyrios) nnifsu hu msejjaħ diakonos f ’Rum 15:8 u Gal 2:17. Is-sejħa għad-djakonat insibuha rrakkontata b’mod ċar fil-ktieb tal-Atti tal-Appostli miktub minn San Luqa, fejn naraw il-għażla tas-seba` djakni, fosthom lil San Stiefnu li ta xhieda tad-djakonija tiegħu bl-iktar mod perfett permezz tal-martirju: “...u ħatru ’l Stiefnu, raġel mimli bil-fidi u bl-Ispirtu s-Santu, u ’l Filippu u ’l Prokoru u ’l Nikanor u ’l Timon u ’l Parmenas u ’l Nikolas, proselitu minn Antijokja; qegħduhom quddiem l-appostli, u dawn talbu u qiegħdu jdejhom fuqhom.” (Atti 6:5-6). Dawn id-djakni ġew maħturin mill-appostli mmexxija mill-Ispirtu s-Santu, sabiex jgħinuhom fil-ħafna xogħol tagħhom qalb l-ewwel komunitajiet insara. Id-djakni magħżula minn fost il-komunità ġew ippreżentati quddiem l-appostli li talbu flimkien u poġġew idejhom fuqhom sabiex iwettqu l-missjoni meħtieġa tagħhom. Bħala ministeru żgur li kellhom l-organizazzjoni tal-agape fil-liturġija u l-ministeru tal-karità tal-isqof.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55191
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 182 : Ottubru-Dicembru : 2013
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 182 : Ottubru-Dicembru : 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Id-djakni_fil-knisja_sejha_ghad-Djakonija_2013.pdf387.62 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.