Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55611
Title: Harsa lejn il-Ktieb tal-Ghanja tal-Ghanjiet
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Bible. Old Testament -- Criticism, interpretation, etc.
Bible. Song of Solomon -- Criticism, interpretation, etc.
Love in the Bible
Issue Date: 2013
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2013). Harsa lejn il-Ktieb tal-Ghanja tal-Ghanjiet. Lehen l-Art Imqaddsa, 34(181), 16-18.
Abstract: Il-Ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet huwa wieħed mis-seba’ kotba tal-għerf li nsibu fl-Antik Testment. L-isem tal-ktieb bil-Lhudi xir ħaxxirim u proprju għanja ta’ imħabba (bl-ebrajk: ahavah u bil-grieg: agape) bejn l-għarus u l-għarusa tiegħu, imħabba bejn żewġ żgħażagħ fl-aħjar tagħhom, liema imħabba trid tirrifletti l-imħabba ta’ bejn Alla u l-bniedem u wkoll fil-Ġdid Testment l-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħu; “ … ibusni bil-bewsiet ta’ fommu. Imħabbtek hija oħla mill-inbid; fwiħatek fihom għaxqa għar-riħa tagħhom, ismek żejt li jitferragħ, għalhekk iħobbuk lilek ix-xebbiet. (Għan 1:2-3). Il-ktieb inkiteb madwar it-tielet seklu Q.K., għaliex fih kliem ta’ nisel grieg u dan minħabba l-influwenza ellenistika. L-awtur ipoġġi l-kitba tal-ktieb taħt l-għerf ta’ Salamun biex il-ktieb jikseb mill-ewwel dik l-awtorità mixtieqa millawtur sagru. Infatti huwa msejjaħ ukoll bħala l-Għanja ta’ Salamun. Rabbi Aqiba tal-ewwel seklu W.K. iqis il-ktieb bħala l-eqdes fost il-kotba qaddisa. Ir-rabbini kienu jipprojbixxu l-qari tal-ktieb għal dawk li kienu għadhom ma għalqux it-tletin sena minħabba s-sentimenti ta’ mħabba li fih il-ktieb. L-għarus huwa Salamun u l-għarusa Sulammita.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55611
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 181 : Lulju-Serttembru : 2013
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 181 : Lulju-Serttembru : 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Harsa_lejn_il-Ktieb_tal-Ghanja_tal-Ghanjiet_2013.pdf317.45 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.