Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58069
Title: 40 sena mill- wasla tal- vara titular tas- SSMA trinita’ fil- Marsa
Authors: Spiteri, Mario
Keywords: Trinity -- Processional statues -- Malta -- Marsa
Feasts, Religious -- Malta -- Marsa
Feast of Holy Trinity -- Malta -- Marsa
Kumitat Festi Esterni SSma. Trinità (Marsa, Malta)
Azzopardi, Duminku, active 20th century. Trinita'
Parish Church of the Holy Trinity (Marsa, Malta)
Issue Date: 2019-10-23
Citation: Spiteri M. (2019, October 23). 40 sena mill- wasla tal- vara titular tas- SSMA trinita’ fil- Marsa, L-Orizzont.
Abstract: Id-data tas-27 t'Ottubru 1979 tibqa' mnaqqxa f' qalb il- Marsin, jew dawk bħali ta' nisel Marsi, b'ittri tad-deheb. Dakinhar rajna għall-ewwel darba l-vara titulari skolpita fl-injam li kellha tieħu post dik proviżorja li kienet intużat fl-ewwel żewġ purċissjonijiet b~vara proċessjonali tas-Santissima Trinità tas-snin 1978 u 1979. Il-proċess inbeda f'Ħadd it-Trinità tal-5 ta' Gunju 1977. Kienet ilha tberren snin f'moħħ il-Marsin ix-xewqa li dawn fil festa titulari tagħhom ikunu jistgħu jiffesteġġjaw bħall-parroċċi l-oħrajn bi statwa titulari. Nista' ngħid b'wiċċi bil-quddiem li dan ma sar bl-ebda fini li jnaqqas il-qima tal-poplu Marsi lejn is-Santissmu Sagrament tal- Artal! Kien żmien li fih il-festa titulari kienet reġgħet qed tqum f' dak li hu entużjażmu tal-poplu. Kien għalhekk li grupp ta' Marsin li kienu konvinti aktar minn qatt qabel li kien wasal iż- żmien biex eventwalment jitolbu lill-awtoritajiet ekleżjastiċi biex jingħataw il-permess għal vara titulari proċessjonali, ġiet idea li fil-fatt waslet biex titwettaq. Dan il-grupp ta' rġiel entużjasti, mill-Għaqda Festi Esterni SSma Trinità - Marsa, wettgu dak li kellu jkun il-preludju' biex issir din it-talba formali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58069
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAScu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Spiteri_Mario_40 sena mill-wasla tal-vara titulari tas-Ssma Trinità fil-Marsa_L-Orizzont_2019_10_23.pdf
  Restricted Access
1.43 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.