Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58254
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-06-25T10:24:07Z-
dc.date.available2020-06-25T10:24:07Z-
dc.date.issued2009-
dc.identifier.citationGhirlando, M. (2009). F'relazzjoni hajja ma' Kristu Gesu'. Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 25-27.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58254-
dc.description.abstractB’differenza minn reliġjonijiet oħra, in-nisrani ma jqegħedx fiċ-ċentru ta’ twemminu t-tagħlim tal-Mulej Ġesù daqs li kieku dan kien xi ideoloġija bħall-oħrajn. Bil-ħajja u bl-ittri tiegħu, San Pawl, l-Appostlu tal-Ġnus, jurina li n-nisrani jintrabat u jqiegħed il-persuna tal-Mulej Ġesù bħala ċ-ċentru u s-sies ta’ twemminu u tal-ħajja tiegħu. Meta Pawlu jikteb l-Ewwel Ittra lill-Korintin, fis-sena 54, meta Ruma tela’ fuq it-tron l-Imperatur Neruni, Pawlu għadda lill-insara tiegħu l-istqarrija tal-fidi tal-Knisja tal-bidu: “Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skont l-Iskrittura; difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont l-Iskrittura. U deher lil Kefa, u mbagħad lit-tnax”(15, 3-5). Stqarrija ta’ fidi li biha Pawlu jistqarr li Kristu miet għalina (“minħabba dnubietna”) u li joffri relazzjoni ħajja miegħu lil kull min jemmen fih (“Kefa, it-Tnax”). Imma huwa Kristu ċ-ċentru ta’ l-istqarrija: mhux bħala dak li huwa l-għajn ta’ xi messaġġ duttrinali astratt imma bħala l-protagonista ewlieni ta’ ġrajjietu, ġrajjiet li jagħtu l-ħajja u l-fidwa lil kull min jemmen fih.F’dan il-kuntest għalhekk, waħda mill-isbaħ espressjonijiet ta’ San Pawl li biha jiddeskrivi l-bidla tremenda li seħħet fih fit-triq lejn Damasku u li sseħħ f’kull nisrani u fina bil-qawwa tas-Sagrament tal-Magħmudija nsibuha f’2 Korintin 5, 17: “Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid!” L-għarfien ta’ Kristu fil-ħajja ta’ Pawlu u ta’ kull bniedem (“Meta dak li għażilni sa minn ġuf ommi u li sejjaħli bil-grazzja tiegħu, għoġbu jirrivelali lil Ibnu biex jiena nħabbru fost il-ġnus...” ara: Galatin 1, 15-16) jagħmel li jsib ruħu u jgħix “fi Kristu Ġesù”.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherKummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Maltaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectCatholic Church -- Doctrinesen_GB
dc.subjectJesus Christ -- Teachingsen_GB
dc.subjectBible. New Testament -- Criticism, interpretation, etc.en_GB
dc.titleF'relazzjoni hajja ma' Kristu Gesu'en_GB
dc.typecontributionToPeriodicalen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.publication.titleLehen l-Art Imqaddsaen_GB
dc.contributor.creatorGhirlando, Marcello-
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
F'relazzjoni_hajja_ma_Kristu_Gesu_2009.pdf112.81 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.