Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58301
Title: Editorjal : laqgha tal-Kummissarji f'Rodi
Authors: Chircop, Twanny
Keywords: Franciscans. Custody of the Holy Land
Franciscans. Commissariat of the Holy Land
Editorials
Franciscans -- Congresses
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Chircop, T. (2009). Editorjal : laqgha tal-Kummissarji f'Rodi. Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 01-04.
Abstract: Il-Kummissarji ta’ l-Art Imqaddsa ta’ l-Italja, Svizzera, Malta, Polonja, Slovenja, Slovakkia, Kroazja u Bosnia-Herzegovina ltaqgħu bejn is-6 u l-11 ta’ Ottubru fil-gżira ta’ Rodi għall-kungress annwali tagħhom. Jiena kont preżenti flimkien ma’ Fra Lorrie Zerafa biex nirrappreżenta l-Kummissarjat ta’ Malta. Konna mistiedna specjali tal-Kustodja Franġiskana ta’ l-Art Imqaddsa, li fil-gżira ta’ Rodi hi rrappreżentata minn Patri John Luke Gregory, Franġiskan Ingliż minn Sheffield, li jaqdi l-komunità Kattolika tal-gżejjer ta’ Rodi u Kos. Patri John Luke hu responsabbli minn żewġ knejjes f ’Rodi, jiġifieri l-Knisja ta’ Santa Maria della Vittoria u l-Knisja ta’ San Franġisk. Hu jaqdi wkoll il-Kattolici tal-gżira vicina ta’ Kos. Patri Giorgio Vigna, Kummissarju tal-Piemonte u Val D’Aosta, li jikkordina dawn il-laqgħat, spjega li l-iskop ta’ dan il-kungress annwali tal-Kummissarji hu wkoll dak li jagħtu kuraġġ lill-missjunarji Franġiskani tal-Kustodja ta’ l-Art Imqaddsa, specjalment lil dawk li, bħal Patri John Luke, jaħdmu waħedhom fil-periferija tal-Kustodja. Patri John Luke hu l-uniku sacerdot Kattoliku fuq il-gżira ta’ Rodi, fejn il-maġġoranza hi Griega Ortodossa. Hu ilu jaħdem f’Rodi mill-2004.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58301
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Editorjal_laqgha_tal-Kummissarji_f_Rodi_2009.pdf166.67 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.