Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58314
Title: Il-konverzjoni ta' San Pawl : knisja parrokkjali Hal Safi
Authors: Sciberras, Pawl
Keywords: Paul, the Apostle, Saint -- Conversion
Parish Church of the Conversion of St. Paul (Safi, Malta)
Painting
Christian art and symbolism
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Sciberras, P. (2009). Il-konverzjoni ta' San Pawl : knisja parrokkjali Hal Safi. Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 37-40.
Abstract: Il-kwadru titulari tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Safi huwa kopja tas-sena 1693 minn Alessio Erardi tat-Titular tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, impitter minn Mattia Preti, li jinsab fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta. L-oriġinal ta’ Preti huwa kompożizzjoni drammatika fl-era Barokka f ’Malta. Il-kompożizzjoni tal-kwadru ta’ Ħal Safi għandu forma djagonali: mil-lemin fin-naħa ta’ fuq nieżel b’imponenza Kristu Rxoxt (1), b’idu l-leminija jipponta lejn Sawl, mitfugħ fl-art fuq ixxellug, in-naħa ta’ isfel fil-pittura (2). Il-ġest bl-id il-leminija lejn Sawl fuq ix-xellug jerfgħalna ħsiebna lejn il-glorja li jgawdi wara l-qawmien Kristu Ġesù, kif imnebbha minn David, is-Salmista u Profeta, fis-Salm 110,1: “Oqgħod fuq leminti, sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek mirfes taħt riġlejk” u fl-Ittra lil-Lhud, l-Ittra dwar is-Saċerdozju etern tal-Qassis il-Kbir, Kristu Ġesù: “Inżommu għajnejna merfugħa lejn Ġesù, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu, qagħad għassalib bla xejn ma qies l-għajb tiegħu, u issa qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tat-tron ta’ Alla… Din hi issa l-aqwa ħaġa li rridu ngħidu: li aħna għandna qassis hekk kbir li qagħad fuq il-lemin tat-tron tal-kobor ta’ Alla fis-sema” (12,2; 8,1). Fl-istess waqt, il-forma djagonali tagħti dimensjoni universalistika lill-azzjoni rebbieħa ta’ Kristu Rxoxt: mil-Lvant għall-Punent tingħata lilu glorja, saħansitra mill-għedewwa tiegħu, għax “Dan jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti: “Ara, jiena nsalva l-poplu tiegħi mil-lvant u mill-punent”” (Żak 8,7).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58314
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-konverzjoni_ta_San_Pawl_knisja_parrokkjali_Hal_Safi_2009.pdf156.62 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.