Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59056
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2020-07-27T09:12:29Z | - |
dc.date.available | 2020-07-27T09:12:29Z | - |
dc.date.issued | 2016 | - |
dc.identifier.citation | Vassallo, M. T. (2016). Għalfejn u kif beda kollox. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 9-28). Mosta: Parroċċa Marija Assunta. | en_GB |
dc.identifier.isbn | 978-99957-0-945-7 | - |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59056 | - |
dc.description.abstract | L-Oratorju Qalb ta' Ġesu beda jiffunzjona fi Triq il-Kungress Ewkaristiku min-nofs Ġunju 1914 'il quddiem. Kien iċ-ċentru speċjalizzat tal-katekeżi minn fejn it-tfal Mostin bdew jitħejjew biex jirċievu s-sagramenti tal-qrar, tqarbin u griżma tal-Isqof. Bil-kontra ta' dak li jiġri llum, dak iż-żmien ma kienx hemm eta fissa meta t-tfal jersqu għas-sagramenti, anzi kien hemm taħlit gwapp ta' etajiet. Kienet ukoll drawwa antika li t-tfal jitressqu għall-ewwel tqarbina filgħodu u għall-griżma tal-Isqof waranofsinhar fl-istess ġurnata, waqt li l-ewwel qrara kienet tkun amministrata xi ġimġħa jew tnejn qabel. Bil-mod il-mod bdiet dieħla ċerta mentalita li fil-ħwejjeġ tal-fidi m'għandniex nikkuntentaw bil-medjokrita u l-injoranza, imma li l-għarfien u l-approfondiment kienu meħtieġa biex tassew iż-żgħażagħ isiru 'suldati ta' Kristu'. Il-mewġiet ta' ideat sekulari u rivoluzzjonarji li ma kinux sinkronizzati mal-fehmiet u l-prattiċi tal-Knisja kienu diġa' bdew jilħqu lil xtutna u għalhekk kien jinħass aktar minn qatt qabel il-bżonn li t-tagħlim tad-duttrina jkun meħud bis-serjeta. Fl-Oratorju bdew jinġemgħu ċorom ta' tfal li fi ħdanu sabu għajn ta' edukazzjoni reliġjuża taħt għajnejn il-kleru u wkoll ta' lajċi impenjati. Imma din l-oażi ta' paċi fil-qalba tal-Mosta ma kinitx qiegħda tiffjorixxi ġo vakum. Fl-Ewropa u lil hinn minnha kien beda d-dulur tat-trunċieri tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Miljuni ta' suldati ta' imperi qodma u stati ġodda kienu qegħdin imutu fit-tajn u l-miżerja. Għall-ewwel darba fl-istorja millenarja tal-gwerra, l-ajruplan kien beda jintuża bħala arma tal-qerda flimkien mal-forzi tradizzjonali tal-infanterija u navali. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.publisher | Mosta : Parroċċa Marija Assunta | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/openAccess | en_GB |
dc.subject | Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta) | en_GB |
dc.subject | Salomone, Edgar, 1882-1969 | en_GB |
dc.subject | Isouard, Nicolò, 1773-1818 | en_GB |
dc.subject | Soċjetà Filarmonika Nicoló Isouard (Mosta, Malta) | en_GB |
dc.title | L-ewwel snin fi Triq il-Kungress Ewkaristiku | en_GB |
dc.title.alternative | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu | en_GB |
dc.type | bookPart | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Vassallo, Mario Thomas | - |
Appears in Collections: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L_ewwel_snin_fi_triq_il_kungress_ewkaristiku.pdf | 1.6 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.