Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59059
Title: Kunflitt mas-Soċi Mostin tal-MUSEUM
Other Titles: L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)
Society of Christian Doctrine (Malta)
Salomone, Edgar, 1882-1969
Preca, Ġorġ, Saint, 1880-1962
Issue Date: 2016
Publisher: Parroċċa Marija Assunta
Citation: Vassallo, M. T. (2016). Kunflitt mas-Soċi Mostin tal-MUSEUM. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 29-33). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.
Abstract: Fatt li għandu mnejn ftit jafuh jikkonċerna r-relazzjoni bikrija bejn l-oratorju Qalb ta'Ġesu u l-ewwel soci tal-MUSEUM fil-Mosta li ħassew il-vokazzjoni li jimxu skont iddixxiplina ta' San Ġorġ Preca. Din ir-relazzjoni għaddiet minn diversi sfumaturi fis-snin bejn l-1914, is-sena li fiha nfetaħ l-ewwel Oratorju fil-Mosta, u l-1916, is-sena li matulha l-Isqof Mauro Caruana ordna li ssir inkjesta dwar ħidmet is-Soċjeta li kien waqqaf Dun Ġorġ. Kienet relazzjoni li minn waħda ta' kollaborazzjoni nbidlet f'antagoniżmu u anki pika bejn it-tnejn. Meta għaddiet il-burraxka tal-inkjesta kurjali, ir-relazzjoni bejn l-oratorju u I-MUSEUM innormalizzat ruħha. Fil-Mosta dan il-fatt dejjem inżamm mistur kemmjista' jkun peress li Dun Anġ Camilleri, Direttur tal-Oratorju għal 49 sena, dejjem emmen fil-qawl li, 'Qatt m' għandek tonxor il-ħwejjeġ barra', specjalment jekk uħud minnhom ikunu xi ftit imtebbgħin. Fl-istorja tal-Oratorju li Anthony Camilleri (1990: 1) kien beda jikteb insibu miktub li meta fl-1914 Dun Karm Gauci kien impenjat bl-inawgurazzjoni tal-Oratorju l-ġdid fi Triq il-Kungress Ewkaristiku tal-Mosta, huwa 'fittex l-għajnuna tal-qaddis fundatur tas-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija, is-Serv t' Alla Dun Ġorġ Preca, u dan kien pront tahielu' u jieqaf hemm. L-istorja sħiħa hi ferm aktar ikkumplikata u pikkanti minn daqshekk.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59059
ISBN: 978-99957-0-945-7
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Kunflitt_mas_soċi_Mostin_tal_MUSEUM.pdf287.25 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.