Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59064
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-07-27T09:59:54Z-
dc.date.available2020-07-27T09:59:54Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.citationVassallo, M. T. (2016). Ftuħ u Tberik Lejlet it-Tieni Gwerra Dinjija. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 67-82). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.en_GB
dc.identifier.isbn978-99957-0-945-7-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59064-
dc.description.abstractKienu għaddew kwazi tnax-il sena (1928-1940) minn mindu bdew jibnu l-oratorju Qalb ta' Ġesu fiż-żona magħrufa bħala Tal Hmieri biex din l-opra tkun inawgurata uffiċjalment u mbierka solennament. Wasal is-Sibt 8 ta' Ġunju 1940 meta għall-ħabta tal-5:00 ta' waranofsinhar wasal Mons. Arċisqof Dom Mauro Caruana biex jagħti bidu għaċ-ċerimonja tal-ftuħ u t-tberik tal-Oratorju. Għal din l-okkazjoni nġemgħet folla imdaqqsa fil-pjazza ta' quddiemu, ilkoll bi ħrara biex ikunu xhieda ta' din il-ġrajja. Il-banda tat-tfal tal-Istitut ta' San Ġuzepp laqgħet lill-Arċisqof bid-daqq tal-Innu tal-Papa. Hekk kif daħal mir-rixtellu 'l ġewwa ġie milqugħ mill-Arċipriet tal-Mosta Dun Girgor Borg, flimkien mal-kumplament tal-kleru Mosti (Il-Mosta 139: 1990: 5). Fil-merħba li ngħatat ingħaqdu wkoll iż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika u tal-Boy Scouts bħala membri taż-żewġ għaqdiet li jiffunzjonaw fi ħdan l-oratorju. Wara l-kant tal-innijiet u ċ-ċapcip ta' merħba, l-Arcisqof Caruana, flimkien ma' Dun Karm Sciberras bħala Direttur, dar dawra mal-kumpless kollu. Huwa bierek il-klassijiet tad-duttrina u s-sala tat-teatrin u għalkemm l-iżjed li dam kien fil-kappella, din ma berikhiex għax kellha titbierek l-għada. Anthony Camilleri (1990: 14) jirrimarka li 'Mons. Arċisqof deher kuntent ħafna u għadu jingħad sal-lum li ġie biex ibierku personalment bħala sinjal ta' apprezzament u stima lejn Dun Karm Sciberras'.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherParroċċa Marija Assuntaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectOratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)en_GB
dc.subjectCaruana, Mauro, Archbishop of Malta, 1867-1943en_GB
dc.subjectWorld War, 1939-1945 -- Malta -- Mostaen_GB
dc.subjectWorld War, 1939-1945 -- Refugees -- Malta -- Mostaen_GB
dc.titleFtuħ u Tberik Lejlet it-Tieni Gwerra Dinjijaen_GB
dc.title.alternativeL-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħuen_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorVassallo, Mario Thomas-
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ftuħ_u_tberik_lejlet_it_tieni_gwerra_dinjija.pdf1.75 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.