Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59065
Title: ls-Sistema Edukattiva ta' Dun Ġwann Bosco
Other Titles: L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Bosco, Giovanni, Saint, 1815-1888
Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)
Industrial revolution -- Malta
Education -- Malta
Issue Date: 2016
Publisher: Parroċċa Marija Assunta
Citation: Vassallo, M. T. (2016). ls-Sistema Edukattiva ta' Dun Ġwann Bosco. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 61-66). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.
Abstract: Fil-kapitlu preċidenti meta konna qegħdin nirrakkontaw l-istorja ta' kif inbena l-oratorju Qalb ta' Ġesu li għandna llum, kemm-il darba għamilna referenzi diretti għall-influwenza li kellha s-sistema pedagoġika li ħoloq Dun Ġwann Bosco fuq il-pjanta u l-faċilitajiet tal-Oratorju fil-Mosta. Il-loġika ta' dan il-qaddis Taljan, ħabib tat-tfal u ż-żgħażagħ, hija s-sies tar-raġuni għaliex l-oratorju huwa propju mfassal u mibni kif inhu: bil-kappella, il-klassijiet, it-teatru u l-grawnd tiegħu. Kollox miġbur taħt saqaf wieħed minn fejn iż-żgħażagħ Mostin, min-nofs it-tletinijiet 'il quddiem, ħadu l-aqwa formazzjoni biex jikbru bħala nsara maturi u ċittadini attivi. Għalhekk huwa tajjeb li f' dan l-istadju ieqfu ftit mill-mixja kronoloġika ta' kif żviluppa l-oratorju fil-Mosta u niffokaw fuq il-prinċipji li fuqhom inbena, tħaddem u tmexxa sa mis-snin bikrija tiegħu. Hawn mhux se nirrispondu għal mistoqsijiet bħal 'Min għamel xiex?', jew inkella, Meta sar xiex?'. B'differenza, issa se nippruvaw inwieġbu għad-domanda, 'Għaliex?'. Għaliex l-ħajja fl-Oratorju kellha u għad għandha l-potenzjal li sservi ta' kalamita għaż-żgħażagħ? Għaliex ssir daqstant enfasi fuq id-drama, il-mużika u l-isports f'ambjent primarjament reliġjuż? Għaliex konna nħobbu mmorru hemm? Għaliex għad għandna nostalġija kbira għal żgħożitna fl-Oratorju?
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59065
ISBN: 978-99957-0-945-7
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
ls_sistema_edukattiva_ta_Dun_Ġwann_Bosco.pdf617.7 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.