Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59108
Title: | L-Oratorju Llum u Għada |
Other Titles: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
Authors: | Vassallo, Mario Thomas |
Keywords: | Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta) Mosta (Malta) -- Church history Bosco, Giovanni, Saint, 1815-1888 |
Issue Date: | 2016 |
Publisher: | Parroċċa Marija Assunta |
Citation: | Vassallo, M. T. (2016). L-Oratorju Llum u Għada. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 295-301). Mosta: Parroċċa Marija Assunta. |
Abstract: | Is-sinjali ta' ħajja ġdida fl-Oratorju llum huma evidenti. Minkejja d-diffikultajiet kollha, matul l-2016 iż-żgħażagħ tal-Oratorju reġgħu saru forza viżiva fil-parroċċa u qegħdin iħallu impatt pożittiv u notevoli fi-appostolat mal-ġenerazzjonijiet il-ġodda. L-għaqda ignite 18+ qiegħda taqdi dmirha bl-akbar ħrara u bl-aqwa entużjazmu. L-isfida tagħhom hija li jkunu magħrufa iżjed u jkunu ta' servizz mal-kotra l-kbira taż-żgħażagħ li ma jattendu ebda ċentru jew għaqda. Il-katekisti qatt ma naqsu mill-impenn tagħhom biex jibqgħu jagħtu l-aħjar formazzjoni lit-tfal u lill-adoloxxenti bi tħejjija għas-sagramenti tal-qrar, it-tqarbin u l-griżma tal-isqof. L-akbar żewġ sfidi għalihom huma Ii jkomplu jfiehmu lill-ġenituri tat-tfal fuq is-siwi tat-tagħlim fuq il-fidi u biex jingaġġaw katekisti ġodda biex dak Ii għandna llum jissokta għada u pitgħada. L-attivita teatrali wkoll irxuxtat sew u matul l-2015 ġew imtellgħa xejn anqas minn tliet produzzjonijiet: dramm tal-passjoni f' April, rappreżentazzjoni Marjana fuq iz-zuntier tar-Rotunda f' Awwissu u dramm serju bbażat fuq film ta' Alfred Hitchcok f'Ottubru. It-taqsima teatrali tal-Oratorju qiegħda tkun fdata f'idejn The Drama Group Ii huwa fformat minn żgħażagħ li jattendu fi-Oratorju u minn old boys. Teżisti wkoll il-paġna ta' Facebook ta' dan il-grupp. Kull min kellu x-xorti li jattendi għar-rappreżentazzjoni li għamlu fil-bidu tal-kwindiċina għall-festa tal-2015 meta tellgħu r-rappreżentazzjoni Theotokos, żgur Ii kellu l-isbaħ xhieda ta' kemm l-oratorju reġa' qam fuq saqajh. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59108 |
Appears in Collections: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L_oratorju_llum_u_għada.pdf | 335.85 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.