Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59437
Title: Mro Miruzzi miet f'Ottubru 1944
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Miruzzi, Antonio, 1867-1944
Composers -- Malta -- Biography
Miruzzi, Antonio, 1867-1944 -- Death and burial
Għaqda Mużikali Banda San Pio X (Lija, Malta)
Soċjetà Mandolinistika ‘Fior d’Arancio’ (Lija, Malta)
Issue Date: 2019
Publisher: Lija : Għaqda Mużikali Banda San Pio X
Citation: Pirotta, M. (2019). Mro Miruzzi miet f'Ottubru 1944. Festa tas-Salvatur, [Lija], 2019, 142, 144
Abstract: Sentejn ilu ħabat il-150 sena mit-twelid ta’ Mro Antonio Miruzzi (1867-1944), wieħed mill-aqwa surmastrijiet tal-banda li qatt kellha Malta bejn l-aħħar tas-seklu 19 u l-ewwel tliet deċennji tas-seklu 20. Fost l-għadd kbir ta’ baned li hu mexxa nsibu s-Soċjetà Mużikali San Piju X ta’ Ħal Lija. Fl-1906 kien strumentali ħafna biex ittrasforma lis-Soċjetà Mandolinistika ‘Fior d’Arancio’ fil-banda Lijana kif nafuha llum. Miruzzi kien iddimetta minn surmast fl-1926, wara servizz ta’ 20 sena sħaħ, minħabba li kien għeja bit-tagħbija tax-xogħol u tas-snin. Fl-artiklu tas-sena l-oħra wkoll, tajna prova dokumentata li permezz tagħha stabbilixxejna darba għal dejjem id-data eżatta ta’ twelidu. U peress li dis-sena jaħbat il-75 anniversarju minn mewtu, xieraq li niċċelebraw ’il dal-kompożitur prolifiku Malti billi nkomplu nitkellmu fuq ħajtu u ħidmietu, u l-ħafna u ħafna xogħlijiet bandistiċi li ħallielna bħala patrimonju. Ħasra li għas-Soċjetà Mużikali Lijana, tneħħi l-Innu Solenni lil Ġesù Salvatur u l-Innu lis-Salvatur, ma fadal xejn tiegħu; xogħlijietu kienu nqerdu bil-Gwerra.
Description: This article contains the following images : Miruzzi (Firma) - Mro. Antonio Miruzzi
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59437
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Meta miet ezatt Mro. Miruzzi 2019 - LIJA OAR checked.pdf343.06 kBAdobe PDFView/Open
Miruzzi (firma).jpg20.62 kBJPEGView/Open
Mro. Antonio Miruzzi.jpg271.49 kBJPEGView/Open
Mro Miruzzi miet.pdf740.93 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.