Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59461
Title: Mons. Dun Gwido Calleja (7.x.1928-1.viii.2018) : kompożitur ta’ innijiet sagri
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: Calleja, Guido, 1928-2018
Parish of St. Julian the Hospitaller (St. Julians, Malta) -- History
Catholic Church -- Malta -- Clergy -- Biography
Church of St. Julian the Hospitaller, Lapsi (St. Julians, Malta)
Organ (Musical instrument) -- Malta -- St. Julians
St Julians Choral Group (Malta) -- History
Choirs (Music) -- Malta -- St. Julians
Parish Church of St. Julian the Hospitaller (St. Julians, Malta)
Issue Date: 2019
Publisher: San Ġiljan : Għaqda Dilettanti Knisja ta' Lapsi
Citation: Pirotta, M. (2019). Mons. Dun Gwido Calleja (7.x.1928-1.viii.2018) : kompożitur ta’ innijiet sagri. Lapsi, 2019, 75, 78-93
Abstract: Isem il-Mons. Dun Gwido Calleja ‒ li għalih, kif inhu xieraq, qed niddedika dal-artiklu f’għeluq l-ewwel anniversarju minn mewtu ‒ kien bil-wisq maħbub mill-Ġiljaniżi, u kien fuq fomm kulħadd għall-ħafna opri sbieħ li twettqu fi żmien li dam kappillan bejn l-1956-65, fosthom il-bini ta’ knisja parrokkjali ġdida u moderna, li nfetħet uffiċjalment f’Awwissu 1968, u t-twaqqif tal-kor li jġib l-isem tal-Qaddis patrun ta’ das-subborg marittmu, f’Novembru 1957. Iżda kif se naraw ukoll, Dun Gwido, minbarra li kien meqjus bħala l-akbar benefattur tal-parroċċa, minħabba l-bini tal-knisja l-ġdida, kien ukoll mużiċist u kompożitur tal-‘Innu Lil Sant’ Antnin’ (1954) u l-Innu ’l-‘E.T. Mons. Sir Michael Gonzi, Arċisqof Metropolita ta’ Malta’, fl-okkażjoni tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-knisja parrokkjali l-ġdida ta’ San Ġiljan’ (1961) – it-tnejn versi tal-poeta Naxxari, Dun Anton Xiberras. Kiteb ukoll il-‘Quddiesa ta’ Stella Maris’ (1970); liema kompożizzjoni se nkunu qegħdin nanalizzawha mużikalment f’ċertu dettall. Se naraw ukoll kif fi żmienu kienu nxtraw żewġ orgnijiet ġodda fjamanti, il-wieħed għall-knisja parrokkjali l-qadima, magħrufa bħala ‘Ta’ Lapsi’, fl-1958, u ieħor, ħafna akbar, għall-knisja l-ġdida, li kien ġie inawgurat b’kunċert mill-organista magħruf Naxxari, Dun Karm Scerri, fl-1967.
Description: This article includes the following images : Bil-Qima fil-Ghana - Charles Cremona OSJ (1965) - Dun Gwido Callejja (1928-2018) - Dun Karm Scerri fuq l-orgni - Firma ta' Dun Gwido Calleja - Innijiet ghal waqt il-quddiesa - Innu tqeghid l-ewwel gebla - Kuncert inawgurali Kor ta' San Giljan - Kuncert inawgurali orgni gdid fil-knisja ta' Lapsi - Orgni tal-knisja l-gdida - Quddiesa Stella Maris
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59461
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.