Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59651
Title: L-ahhar ikla ta' Gesu' mal-appostli tieghu
Authors: Buttiġieġ, Charles
Keywords: Dinners and dining in the Bible
Last Supper
Lord's Supper
Passover in the New Testament
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2009). L-ahhar ikla ta' Gesu' mal-appostli tieghu. Lehen l-Art Imqaddsa, 30(165), 30-33.
Abstract: L-ikla tal-Għid tal-Lhud (kif naraw fil-ktieb tal-Eżodu kapitlu 12) kienet tfakkarhom fil-ġrajja memorabbli tal-imħabba infinita ta’ Alla li għaddihom mill-mogħdija tal-mewt għall-ħajja (bil-lhudi l-kelma ‘għid’ hija ‘pesah’ li tfisser ‘passaġġ’; għalhekk il-kliem: ‘paskwali’, ‘passover’). Ilkoll nafu kemm l-poplu ta’ Alla kien qed ibati ġewwa l-Eġittu u għalhekk Alla kien sejjaħ proprju lil Mose` biex joħroġ dan il-poplu minn dan il-jasar. Naraw però ir-resistenza tal-Fargħun tal- Eġittu. Alla għalhekk jibgħat l-għaxar kastigi fuq l-Eġittu: l-ilma jsir demm, iż-żrinġijiet; in-nemus; id-dubbien; il-pesta; l-infafet; is-silġ; il-ġradijiet; id-dlam u l-aħħar wieħed il-kbir, il-mewt tal-iben il-kbir fid-djar tal-Eġizzjani. Huwa f’dan il-kuntest ta’ din il-ġrajja li l-anġlu tal-mewt ‘jaqbeż’ (pass-over) id-djar fejn kien hemm il- Lhud u jsalva lit-tfal tagħhom u joqtol it-tfal tal-Eġizzjani fosthom it-tifel il-kbir tal-fargħun, u b’hekk wassal lil dan ta’ l-aħħar sabiex iħalli lil-Lhud jitilqu minn pajjiżu. Però f ’dik il-lejla qabel ma kien se jiġi l-anġlu tal-mewt, il-Lhud fuq ordni ta’ Alla, riedu jagħmlu ikla u riedhom jagħmluha u jfakkruha bħala l-ġrajja ta’ ħelsien tagħhom, kull sena matul il-lejl ta’ bejn l-14 u l-15 tax-xahar ta’ Abib, li hu Marzu u April tagħna (beda mbagħad jissejjaħ blisem Babilonjiż ta’ Nisan). Kull familja kellha tipprepara għall-ħaruf sa minn ħamest ijiem qabel. Fejn kien hemm familji żgħar setgħu jingħaqdu ma’ xulxin għal din l-ikla tal-ħaruf; bejn wieħed u ieħor, ħaruf wieħed kien iservi għal għaxar persuni.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59651
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 165 : Lulju-Settembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 165 : Lulju-Settembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L-ahhar_ikla_ta_Gesu_mal-appostli_tieghu_2009.pdf183.96 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.