Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59671
Title: Pawlu ta' Tarsu (6)
Authors: Buscemi, Alfio M.
Keywords: Paul, the Apostle, Saint -- Travel
Paul, the Apostle, Saint -- Cult
Paul, the Apostle, Saint -- Study and teaching
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buscemi, A. M. (2009). Pawlu ta' Tarsu (6). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(165), 15-23.
Abstract: “Meta wasalna Ġerusalemm, l-aħwa laqgħuna bil-ferħ. L-għada Pawlu mar magħna għand Ġakbu u kien hemm il-presbiteri kollha” (Atti 21,17-18). Il-laqgħa ta’ Ġakbu kienet prudenti u diplomatika. Flimkien mal-presbiteri qagħad jisma’ lil Pawlu jirrakkonta l-ġrajjiet tal-vjaġġi apostoliċi tiegħu. Imbagħad il-mexxejja tal-Knisja ta’ Ġerusalemm qalulu li kienu preokkupati mill-fatt li tant Lhud kienu saru Kristjani, imma baqgħu josservaw il-Liġi ta’ Mosè. Issa kien jingħad li Pawlu kien qed jippriedka li ma kienx hemm bżonn taċ-ċirkonċiżjoni. Għaldaqstant, biex hu jkun milqugħ mil-Lhud-Insara ta’ Ġerusalemm, tawh il-parir biex imur fit-tempju biex iħallas wegħda ta’ erbat irġiel nażrin, ħalli b’hekk jidher ċar li Pawlu kien ukoll josserva l-Liġi ta’ Mosè (Atti 21,20-25). Dawn l-akkużi x’aktarx kienu inġusti, għax Pawlu nnifsu kien temm wegħda ta’ nażri f ’Kenkri (Atti 18,18), u kien ordna li d-dixxiplu Timotju jkun ċirkonċiż (Atti 16,3). Kien biss jinsisti li l-Liġi ta’ Mosè u ċ-ċirkonċiżjoni ma kinux meħtieġa għas-salvazzjoni u li ma kellhomx jiġu imposti fuq il-pagani konvertiti. Forsi biex jiffavorixxi l-karità, Pawlu aċċetta li jagħmilha ta’ parrinu ta’ dawn l-erbat irġiel nażrin.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59671
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 165 : Lulju-Settembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 165 : Lulju-Settembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Pawlu_ta_Tarsu_6_2009.pdf340.64 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.