Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60205
Title: | Fl-isfond ta' linji ġodda : noti ghall-istudju tal-poeżija moderna f'Malta |
Authors: | Azzopardi, Mario |
Keywords: | Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation Maltese literature -- 20th century -- Criticism and interpretation |
Issue Date: | 1983 |
Publisher: | Merlin |
Citation: | Azzopardi, M. (1983). Fl-isfond ta' linji ġodda : noti ghall-istudju tal-poeżija moderna f'Malta. Blata l-Bajda : Merlin |
Abstract: | Matul is-seklu dsatax u l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin il-kittieba tal-Malti kellhom sfida soċjali u lingwistika. Minħabba mentalità bi storja twila ta' "italjanità", l-awtur Malti normalment ikkopja l-prosodija taljana bħala prototip ta' elitiżmu letterarju. Dawk li tħajru jiktbu bil-Malti (li dak iż-żmien kien meqjus bħala l-lingwa tal-kċina) sabu wkoll illi l-qofol semitiku ta' l-ilsien lokali kien ser jasal f'kunflitt mal-formoli "edukati" tal-letteratura taljana. Għalhekk wieħed japprezza illi kienet teżisti l-problematika bejn il-ġrajja soċjo-politika (l-italjanità ta' Malta) u l-ħidma kreattiva (it-tentattiv biex tinħoloq xi forma ta' letteratura nazzjonali). Forsi dan il-kunflitt jista' jiġġustifika l-limitazzjonijiet tal-moviment romantiku bikri fil-letteratura tradizzjonali Maltija. Dan jiġġustifika għaliex il-kisbiet estetiċi tal-vernakular kienu daqstant modesti. Filwaqt li l-kittieba tal-Malti kienu qegħdin jirsistu biex joħolqu moviment lingwistiku kontra l-preġudizzju, issuktaw jeżistu kotrana l-kitbiet lokali bit-Taljan, plaġjarizzati u infatwati, kitbiet li juru x-xeno-manija tal-klassi "edukata" b'risq l-Italja. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60205 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCL&LMlt |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Fl_isfond_ta_linji_ġodda.pdf Restricted Access | 7.61 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.