Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60509
Title: | Id-djalogi ta' Dun Anton Xiberras |
Authors: | Pirotta, Manoel |
Keywords: | Xiberras, Anton, 1922-2006 Catholic Church -- Malta -- Naxxar -- Clergy -- Biography Agius De Soldanis, Gio Pietro Francesco, 1712-1770 Dialogues Preca, Annibale, 1832-1901 Taylor, Richard, 1818-1868 Imaginary conversations Short stories |
Issue Date: | 2019 |
Publisher: | Naxxar : Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja |
Citation: | Pirotta, M. (2019). Id-djalogi ta' Dun Anton Xiberras. Festa [Marija Bambina, Naxxar], 2019, 125, 128-129, 132-133 |
Abstract: | Għal min ma kellux ix-xorti li jattendi għat-tieni serata mużiko-letterarja tat-22 ta’ Mejju, li fiha trattajna sitt djalogi oħra mill-pinna ta’ Dun Anton Xiberras, hawnhekk qed inġib siltiet minn dit-taħdita għall-benefiċċju tal-qarrejja ta’ dal-artiklu. L-ewwel taħdita kienet saret il-Ġimgħa, 22 ta’ Frar, fl-anness tal-knisja parrokkjali, fejn ippreżentajt l-ewwel sitt djalogi, uħud minnhom f’forma poetika, b’rabta mal-Milied. Iż-żewġ taħditiet kienu organizzati mill-Għaqda Wirt Kulturali Naxxari. Fit-tieni taħdita li ttellgħet fis-sala 8 ta’ Settembru tal-Għaqda Mużikali ‘Marija Bambina’, Banda Vittorja, ippreżentajt aktar djalogi ħelwin u umoristiċi minn tal-qassis-poeta Naxxari bil-għajnuna tal-atturi Joe Borg, Leo Bartolo, Tonio Vella, u Rachel Paris, u bis-sehem ukoll ta’ studenti-mużiċisti, membri tal-University of Malta ‘Ġ.F. Abela’ Junior College Orchestra, li daqqew siltiet ferm adattati fuq il-kitarra, il-klarinett, u l-pjanu. Għall-futur qarib hemm il-ħsieb li tittella’ t-tielet serata b’aktar djalogi tiegħu, fosthom ‘Id-Dar Knisja Żgħira’, bejn żewġ għarajjes, miġjub għall-Malti mill-ktieb ‘Famiglia, Piccola Chiesa’ ta’ Carretto, li jiena sibt fil-bullettin parrokkjali Ġiljaniż, ‘Xaqq Dawl’ tal-1949, u ‘Wara d-Dnub ... l-Indiema’, djalogu mistħajjel pjuttost twil bejn Ġiljan u martu Margerita, tal-1997. Dun Anton għandu wkoll monologu, ‘Kelmtejn lil Ġaħan’, li skont id-‘Djarju tal-Gwerra’, kien ixxandar fuq ir-Rediffusion fil-programm ‘Nofs Siegħa għat-Tfal Maltin’ fit-22 ta’ Frar tal-1944. |
Description: | This article includes the following images : Annibale Preca - De Soldanis - Dun Anton Xiberras - Dun Anton Xiberras (Firma) - Rikkard Taylor |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60509 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - JCMus |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
DJALOGI DAX - Artiklu Cortis It-Tieni Parti 2019 NAXXAR MEJJU OAR Checked.pdf | 414.95 kB | Adobe PDF | View/Open | |
Dun Anton Xiberras (Impressjoni artistika Charles Attard).jpg | 3.3 MB | JPEG | View/Open | |
Firma Dun Anton Xiberras.jpg | 68.1 kB | JPEG | View/Open | |
Rikkard Taylor.jpg | 53.75 kB | JPEG | View/Open | |
Annibale Preca.jpg | 12.12 kB | JPEG | View/Open | |
De Soldanis.jpeg | 28.29 kB | JPEG | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.