Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61780
Title: | Il-missjoni iebsa tal-profeta Elija. (1) |
Authors: | Sciberras, Lawrenz |
Keywords: | Elijah (Biblical prophet) -- In rabbinical literature Prophets Bible. Old Testament |
Issue Date: | 2020 |
Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
Citation: | Sciberras, L. (2020). Il-missjoni iebsa tal-profeta Elija. (1). Lehen l-Art Imqaddsa, 41(207), 21-25. |
Abstract: | Wieħed mill-profeti kbar u li ħalla nfluss qawwi mhux biss fuq il-kittieba tat-Testment il-Qadim imma wkoll fuq dawk tal-Ġdid, huwa l-profeta Elija it-Tisbi. Isem Elija li jfisser “Alla tiegħi huwa Jahweh” jidher għal mija u tlettax-il darba. Ta’ min iżid ukoll li isem dan il-profeta fost il-personaġġi tat-Testment il-Qadim huwa l-aktar imsemmi fit-Testment il-Ġdid. Dan huwa wieħed minn dawk il-profeti li ma kitbu xejn: difatti ma hemm ebda ktieb tal-profeta Elija. Biss il-missjoni tiegħu, is-sejħa tiegħu, it-tagħlim li huwa għallem il-kumbattiment li kellu mar-reġina Ġeżabel, is-sejħa li Elija għamel lil sieħbu Eliżew, dawn jinsabu reġistrati fl-ewwel u fit-tieni ktieb tas-Slaten. Iż-żewġ personaġġi prinċipali li magħhom tant tħabat u ssielet Elija kienu s-sultan Aħab u martu l-pagana Ġeżabel. Din tal-aħħar pagana ġejja minn pajjiż li ma kien jaf xejn dwar it-twemmin, il-festi u jum is-Sibt tal-Lhud. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61780 |
Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il-missjoni_iebsa_tal-profeta_Elija_1_2020.pdf | 1.14 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.