Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62190
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-10-19T12:27:14Z-
dc.date.available2020-10-19T12:27:14Z-
dc.date.issued1996-
dc.identifier.citationCuschieri, L. (1996). Il-Professur Ġuże' Galea : 1901-1978. Maltaen_GB
dc.identifier.isbn999099661X-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62190-
dc.description.abstractWaħda mix-xejriet bikrija li ħadet il-letteratura Maltija hi l-għarfien ta' l-istorja nazzjonali bħala rifless tat-tiġrib popolari. Huma u jagħrfu /-ħtieġa u l-qawwa espressiva ta' l-ilsien Malti, il-kittieba għarfu wkoll id-dmir li jinqdew b'dan l-ilsien biex ixerrdu /-għarfien elementari dwar l-istorja tal-pajjiż. Huwa proċess kbir ta' rikostruzzjoni tal-wirt imħarbat, mirfus mit-tradizzjoni, dik l-istess tradizzjoni li sikwit infaħħruha bla ma nintebħu li hi wkoll il-ħerba tar-ruħ nazzjonali u demokratika tagħna. /l-kittieba ta' tmiem is-seklu dsatax u l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin fittxu, għalhekk, li jbiddlu d-direzzjoni ta' l-istorja kollha, u daħħlu tradizzjonijiet ġodda minflok il-qodma (u hekk ukoll, bid-differenzi meħtieġa kollha, għamlu /-kittieba mis-snin sittin ta' dan is-seklu 'l quddiem). It-tradizzjoni ewlenija mdaħħla mi/l-kittieba Maltin hi /-għarfien prattiku tal-prinċipju li l-istorja u l-ilsien ta' poplu jimxi id f'id; tħarbit ta' lingwa hu tħarbit ta' ċiviltà sħiħa. Rumanzieri u poeti ngħaqdu flimkien, bħallikieku f'kor wieħed, biex jgħannu /-qlubija u l-miżerja, it-twemmin u t-tiġrib, l-ideali u r-realtà ta' bosta Maltin bla isem u bla wiċċ li ġarrbu t-tradizzjoni bħala l-kalvarju tagħhom. Minn taħt it-terrapien tat-terremot tradizzjonali, huma ġabru /-fdal, kixfu /-valuri, u ħolqu epopea li ma kinitx tista' tinħoloq jekk mhux bl-ilsien nazzjonali, imkasbar bħal kull wirt indiġenu ieħor. Stħarriġ metodiku tal-fenomenu Malti juri li /-karatteristika tassew Maltija hi l-ilsien Malti biss u waħdu; il-bqija huma, ftit jew wisq, sfumaturi ·ta' xejriet reġjunali u kontinentali, jew kolonjali.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectGalea, Ġużè, 1901-1978en_GB
dc.subjectAuthors, Maltese -- 20th century-
dc.subjectAuthors, Maltese -- Biography-
dc.titleIl-Professur Ġuże' Galea : 1901-1978en_GB
dc.typebooken_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCuschieri, Lino-
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_Professur_Ġuże_Galea.pdf
  Restricted Access
17.07 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.