Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6371
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-12T08:36:46Z
dc.date.available2015-11-12T08:36:46Z
dc.date.issued2015
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6371
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractGħażilt li nanalizza r-rakkont Ħajja ta’ Kelb ta’ Ġorġ Peresso, għaliex mhux biss laqatni bħala stil narrattiv, iżda għax fih ukoll elementi simili għall-ġeneru talħrafa u oħrajn li jirriflettu l-ġeneru tar-Realiżmu Maġiku. L-ewwel kapitlu jistħarreġ l-ideat u t-teorija ta’ Vladimir Propp, fil-ktieb tiegħu Morphology of the Folktale. Ser jissemmew biss il-funzjonijiet li fil-fehma tiegħi jagħtu lemħa lil dawk li għamel użu minnhom Ġorġ Peresso. Ser tingħata wkoll importanza lix-xogħol lokali ta’ Ġużè Cassar Pullicino dwar il-ħrejjef. L-għan huwa li niddiskuti wħud minn dawn il-funzjonijiet fid-dettall, sabiex ikolli bażi soda biex inkun nista’ nqabbilhom mat-teknika mħaddma minn Ġorġ Peresso fix-xogħol tiegħu. Fil-kapitlu ta’ wara, nislet bosta karatteristiċi komuni, u kuntrastanti, bejn irrumanz Ħajja ta’ Kelb u t-teorija ta’ Vladimir Propp, u l-ideat ta’ Ġużè Cassar Pullicino. Ir-rumanz tiegħu Peresso jqisu bħala “kważi ħrafa”, għax xorob bosta elementi mill-ġeneru tal-ħrafa. Għaldaqstant, l-għan ta’ dan il-kapitlu hu li jinħarġu dawn l-elementi ħrafeski f’dawl it-teoriji magħżula. Fit-tielet kapitlu ser jintużaw erba’ terminoloġiji partikolari. It-terminu tar-realiżmu maġiku se jirreferi għal “magic realism”, ir-realiżmu tal-maġija għal “magical realism”, ir-realiżmu meraviljuż għal “marvelous realism”, filwaqt li r-realiżmu msaħħar għal “magic(al) realism” li se jiġbor flimkien dawn it-tliet kunċetti b’mod ġenerali. Fih se nagħti idea ġenerali ta’ dan il-ġeneru, insemmi ftit mill-istorja wiesgħa li għandha x’taqsam mal-perjodi differenti, f’diversi pajjiżi madwar iddinja u nagħmel referenza għax-xogħol ta’ Gabriel García Márquez One Hundred Years of Solitude. Għażilt dan il-ktieb għaliex huwa eżempju famuż, u mudell għal dawk li ġew warajh. Din il-kitba, li tista’ titqies bħala kaxxa talgħodda biex jinftiehem aħjar dan il-ġeneru, hija twila biżżejjed u xempju ta’ kif għandu jitħaddem ir-realiżmu maġiku. Ser neżamina wkoll it-teorija dwar irrealiżmu tal-maġija u l-postmoderniżmu, kif proposti minn Wendy Faris. Fil-kapitlu ta’ wara nistħarreġ ix-xogħol ta’ Ġorġ Peresso fl-isfond ta’ dawn ilġeneri ta’ kitba biex noħroġ bosta tixbihat u kuntrasti, kemm tematiċi, kif ukoll stilistiċi, max-xogħlijiet li analizzajt. Ser issir ukoll referenza għall-ħrejjef ta’ Joe Friggieri fil-ġabra tiegħu Ħrejjef għal Żmienna, li hija meqjusa bħala kitba realista maġika li tgħaqqad ir-realtà mal-fantasija u l-ħolm. Fil-ħames kapitlu ser tiġi diskussa t-tema tal-kundizzjonament reliġjuż u rribelljoni soċjali. Fih, ser jinħarġu elementi soċjoreliġjużi kif ukoll dawk ta’ ribelljoni li ġew trattati minn Ġorġ Peresso. Dan ser isir fid-dawl ta’ diversi teoriji soċjoloġiċi kif ukoll ta’ kitbiet lokali. Fl-aħħar kapitlu ser jiġu diskussi xejriet ewlenin fil-kitba ta’ Peresso, bil-għan li jinħarġu aspetti tematiċi u stilistiċi f’Ħajja ta’ Kelb li ma ġewx diskussi fil-kapitlu ta’ qabel. Wieħed jista’ jsib ukoll intervista fl-appendiċi li jiena għamilt ma’ Ġorġ Peresso. F’din l-intervista staqsejtu diversi mistoqsijiet dwar ir-rumanz tiegħu Ħajja ta’ Kelb, mistoqsijiet li jittrattaw diversi aspetti, fosthom dawk li eżaminajt jien fit-teżi tiegħi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectTales -- Structural analysisen_GB
dc.subjectMagic realism (Art)en_GB
dc.subjectPeresso, George, 1939- . Hajja ta' kelb -- Criticism and interpretationen_GB
dc.titleHjiel ta’ realizmu magiku u l-kwazi hrafa ta’ Gorg Peressoen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMuscat, Dylan
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL017.pdf
  Restricted Access
1.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.