Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6375
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-11-12T08:39:26Z-
dc.date.available2015-11-12T08:39:26Z-
dc.date.issued2015-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6375-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżi tistħarreġ l-ispazju liriku bejn il-maħbubin bħala reġjun enigmatiku li fih isseħħ qrubija bejn żewġ persuni f’relazzjoni intima, daqskemm jitwettaq distakk ta’ natura kemm spiritwali kif ukoll fiżika fl-istess intimità. Waqtiet oħra, dan l-istudju juri kif l-intimità u d-distakk isiru żewġ elementi simultanji tal-istess interazzjoni intima bejn il-kelliem liriku u l-maħbuba (konkreta jew mistħajla) tiegħu. L-ispazju bejn il-maħbubin se jiġi skrutinizzat bħala sfera li ta’ spiss tinħakem minn kunflitt kontinwu u intens, ħafna drabi akkomodat f’forom ta’ tenerezza li jistgħu jkunu ambigwi u deludenti. Għal din ir-riċerka, ġew analizzati figuri tad-diskors li flimkien jibnu xbihat poetiċi tal-intimità li sikwit jippreżentaw dan l-ispazju intimu bħala nuqqas, minn daqqiet ta’ sodisfazzjon fl-imħabba, daqqiet oħra ta’ kompatibilità. Xi eżempji ta’ mekkaniżmi letterarji li jitħaddmu sabiex jinħoloq dan ir-reġjun ambigwu kkaratterizzat millkuntrasti iżda wkoll mill-kumplimentarjetà bejn żewġ persuni huma dawn: ilmetafora, ir-reġistru, l-indirizz, l-ewfemiżmu, l-anafora, l-ossìmoro u l-paradoss. Il-poeżiji magħżula għal din r-riċerka ttieħdu minn dawn il-ġabriet: Fid-Dar ta’ Clara, Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri, Penelopi Tistenna, Bateau Noir u KM. Bis-saħħa ta’ din il-firxa wiesgħa ta’ testi poetiċi, l-analiżi setgħet timraħ iżjed lejn l-aħjar eżempji li jsaħħu t-tema ċentrali għal din it-teżi. Din il-firxa ta’ testi liriċi hija essenzjali għallistħarriġ suffiċjenti tal-lirika ta’ Immanuel Mifsud, għaliex ma tillimitax il-proċess analitiku għal għadd ristrett ta’ wetqiet poetiċi tiegħu tal-imħabba. Mill-banda l-oħra, il-konċentrazzjoni ta’ dan l-istudju fuq poeta wieħed għenet ħafna biex l-istħarriġ jibqa’ ffukat fuq lingwaġġ liriku konsistenti fit-tematika tal-intimità.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 20th centuryen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 21st centuryen_GB
dc.subjectPsychoanalysis in literatureen_GB
dc.titleId-distakk fl-intimità : il-lirika ta’ Immanuel Mifsuden_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAgius, Beverly-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.18 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.