Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6426
Title: Il-lingwaġġ taż-żgħażagħ : droga, sess u alkoħol
Authors: Scerri, Richard
Keywords: Sociolinguistics -- Malta
Youth -- Malta -- Language
Maltese language -- Variation
Issue Date: 2015
Abstract: Qabel bdejt din it-teżina u wara li għamilt il-qari biex nagħżel is-suġġett, sibt li kriterju importanti fi ħdan il-lingwa huma il-varjetajiet fis-soċjetà. Il-varjetajiet li jitqiesu bħala ilbażi tal-lingwa, u li kieku ma kinux huma l-ebda lingwa ma hija dik li hi llum, inkluż il- Malti. B’hekk il-ħsieb tiegħi f’din it-teżina żvolġa f’xejra kif jiena se nsaħħaħ u nagħti kontribut lejn il-lingwa ta’ pajjiżi, b’hekk bdejt billi nirriċerka f’dawn il-varjetajiet. Mill-banda l-oħra kelliema bħal politiċi, studjużi, u nies oħra akbar minni dejjem affaxxinawni bil-kliem “intom iż-żgħażagħ tal-lum u l-mexxejja t’għada”. Fil-fatt fil-qari li sar qabel innutajt kif il-lingwa tibqa’ ħajja bis-saħħa taż-żgħażagħ li jikbru u jħaddmuha, b’hekk fittixt li ngħaqqad il-varjetajiet tal-lingwa li jsaħħu l-lingwa, u fuq iż-żgħażagħ minħabba li kieku ma kinux huma li jħaddmu l-lingwa kieku tmut. B’hekk għażilt li nagħmel ir-riċerka fil-varjetà tal-lingwa, il-lingwaġġ taż-żgħażagħ. Il-pass li jmiss kien li nagħżel oqsma partikolari fi ħdan dan il-lingwaġġ u għażilt dawk li fi ħsiebi kienu l-iktar effettivi u li jġibu magħhom numru sostanzjali ta’ lessiku ġdid, dan irriżulta li ma kienx fi ħsiebi biss imma ta’ diversi studjużi oħra bħal Thorne (2001). Qabel l-istudju tiegħi fuq dan is-suġġett sibt biss studju wieħed fil-lingwa Maltija, Barbara u Scicluna (2002). B’hekk bdejt ir-riċerka tiegħi bl-għan li nqabbel l-istħarriġ li għażilt jien ma’ dak li sar tlettax-il sena qabel fuq l-istess oqsma. Hekk wara din id-daħla, it-teżina tiftaħ b’kapitlu fuq il-lingwa u s-soċjolingwistika, ilvarjetajiet tal-Malti u l-Malti standard. Wara dan ittrattajt il-parametri li wieħed irid iżomm f’moħħu qabel jagħmel riċerka fis-soċjolingwistika, il-varjabbli li jagħmlu l-akbar differenza f’soċjetà ta’ żmien u kultura partikolari. Il-kapitlu li jsegwi dan huwa dwar l-istudji li saru fuq iż-żgħażagħ u l-lingwaġġ imħaddem minnhom. Fil-bidu ta’ dan il-kapitlu nitkellem dwar kif iż-żgħażagħ jiksbu l-identità tagħhom bħala wieħed mill-gruppi soċjokulturali fi ħdan is-soċjetà, speċjalment bl-użu ta’ diskors informali u sleng. Lejn l-aħħar tal-kapitlu se nsemmi wkoll l-oqsma l-aktar popolari fi ħdan il-lingwaġġ taż-żgħażagħ u dak l-aktar li jitkellmu fuqu. Il-kapitlu li jmiss jagħti dawl fuq kif jien ġbart din l-informazzjoni u l-lessiku li li jużaw iżżgħażagħ. Nagħti wkoll dettalji fuq kif fassalt kwestjonarju biex għinni nagħmel intervisti fost dan il-grupp soċjokulturali li għinuni nibni lista ta’ termini. Fi tmiem dan il-kapitlu ma nonqsx milli nniżżel id-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet li ltqajt magħhom waqt li qed nagħmel din ir-riċerka . F’ Appendiċi A wieħed għandu jsib il-kwestjonarju finalizzat li jiena ħejjejt. Wara dan kollu kien imiss li nagħmel l-analiżi tiegħi wara li ġbart l-informazzjoni meħtieġa. Fl-ewwel parti analizzajt il-lessiku li ħareġ skont il-varjabbli: is-sess u l-età kienu fost l-iktar varjabbli importanti. Wara dan annalizajt it-termini li ħarġu flimkien mattifsira jew tifsiriet li joffru. Għalaqt dan il-kapitlu billi tajt ħarsa lura lejn l-istess teżi li bbażajt fuqha li saret tlettax-il sena ilu u qabbiltha mar-riżultati attwali. Għar-riżultati ta’ din ir-riċerka ara Appendiċi B. L-għeluq ta’ din it-teżina jikkonsisti f’xi sejbiet li saru fir-riċerka u konklużjonijiet meħuda. Wara dan għamilt lista żgħira f’liema direzzjoni l-istudju dwar dan is-suġġett jista’ jkompli.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6426
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BAMAL022.pdf
  Restricted Access
1.31 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.