Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/6493
Title: Sottotitoli bil-Malti għal La vita e bella ta’ Roberto Benigni
Authors: Magro, Josefa Maria
Keywords: Vita e bella (Motion picture : 1997)
Motion pictures -- Translating and interpreting
Motion pictures -- Titling
Issue Date: 2015
Abstract: L-interess tiegħi fis-sottotitli bil-Malti beda meta waqt lekċer iddedikat għal dan il-qasam, bħala klassi rajna l-film Il-Koristi ta’ Christophe Barratier u iktar ’l quddiem ġejna murija wkoll Fight Club ta’ David Fincher u minn hemmhekk l-interess inbidel f’xi ħaġa konkreta li nista’ naħdem fuqha għat-teżi tiegħi. Bosta huma l-vantaġġi li film jkun sottotitolat. M’hemmx dubju lis-sottotitli huma essenzjali biex dawk nieqsa mis-smigħ, bħala minoranza lingwistika xorta waħda jkunu jistgħu jgawdu films u programmi awjdoviżivi. Das-sottotitli jridu jsiru b’sensibiltà ferm ikbar minn dawk għal persuni li m’għandhomx din id-diżabiltà. Dan għaliex ġie ppruvat li meta stampi u kliem jitqiegħdu flimkien jitjieb l-akkwist ta’ lingwa fil-mira, speċjalment fost it-tfal.Għat-televiżjoni nsibu ‘paġna’ partikolari bi programm teletest, li apparti s-sottotitli għal films, jagħti wkoll aħbarijiet u informazzjoni oħra. Imma l-idea li s-sottotitli f’ilsna differenti huma utli biss għal dawk in-nies nieqsa mis-smigħ jew għandhom xi problema tas-smigħ mhix minnha. Dan għaliex huma wkoll bżonnjużi għal dawk li ma jifhmux il-lingwa oriġinali li biha inħadem il-film. Is-sottotitli jservu wkoll biex titkabbar il-kultura ta’ pajjiż għaliex iwasslu l-aspetti kulturali u soċjali li jmissu magħhom films barranin li soltu ma jkunux aċċessibli. F’Malta l-maġġoranza tal-films li jintwerew fis-swali taċ-ċinema u fuq it-televiżjoni jkunu bl-Ingliż. Dan jista’ jkun kemm ta’ vantaġġ kif ukoll żvantaġġ għaliex għalkemm b’hekk nirċievu fluss kbir ta’ films li jkunu għadhom kif ħarġu, ma jfissirx li kull Malti jaf jew jifhem l-Ingliż b’tali mod li ma jitlef xejn mis-sens tal-film, avolja nqisu rwieħna bħala pajjiż bilingwi. Dan huwa ta’ żvantaġġ ukoll għaliex nitilfu films li b’lingwi oħra viċin tagħna u anki dawk b’lingwi li ftit jew xejn hawn fostna li jifhmuhom. L-għażla tiegħi waqgħet fuq La vita è bella ta’ Benigni u Cerami għax dan film li joffri sfida kbira. Hu jimxi fuq linja sottili ta’ umoriżmu, fantażija u traġedja, u għalkemm komiku jirnexxilu jikkomunika b’mod effettiv it-tbatijiet li seħħew fil-kampijiet tal-konċentrament nażisti matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għażilt il-verżjoni Taljana u mhux dik Ingliża għaliex xtaqt naħdem fuq xi ħaġa mill-lingwa oriġinali bit-Taljan.
Description: M.A.TRANSL.&INTERPRET.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/6493
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15MATIS033.pdf
  Restricted Access
2.51 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.