Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66678
Title: | Ex umbris et imaginibus in veritatem’ - John Henry Newman u l-Oxford Movement |
Authors: | DeBattista, André P. |
Keywords: | Newman, John Henry, 1801-1890 Reserve (Christian theology) -- History of doctrines Cardinals -- England -- Biograph Oxford movement Church of England -- History -- 19th century |
Issue Date: | 2020 |
Publisher: | Kunvent Patrijiet Dumnikani |
Citation: | DeBattista, A. P. (2020). ‘Ex umbris et imaginibus in veritatem’ - John Henry Newman u l-Oxford Movement. Knisja 2000, 32(134), 15-30. |
Abstract: | F’ħajtu, il-Kardinal John Henry Newman kien persuna kontroversa. L-Anglikani kienu jarawh bħala traditur – dak li telaq il-fidi li għaġnitu u li hu għaġen – biex iħaddan il-fidi Kattolika. Il-Kattoliċi kienu jammirawh bħala wieħed mill-aqwa intellettwali ta’ żmienu iżda, f’imkejjen taċ-ċrieki ekkleżjastiċi, ma kienx hemm ħafna simpatija lejh anqas.Il-frażi “Ex umbris et imaginibus in veritatem” (Mid-dellijiet u x-xbihat għall-verità), li kienet minquxa fuq il-qabar oriġinali ta’ Newman f’Rednal qrib Birmingham, tiġbor fiha l-essenza tal-ħajja ta’ Newman, speċjalment il-pass kbir li għamel fil-konverżjoni tiegħu mill-Anglikaniżmu għall-Knisja Kattolika. Hija wkoll l-istess kitba li tidher fil-Kappella ta’ Oriel College – il-Kulleġġ fl-Università ta’ Oxford fejn hu kien Fellow għal parti sostanzjali minn ħajtu bħala Anglikan. Għax jekk hemm ħaġa li tgħaqqad lil Newman bħala Anglikan u bħala Kattoliku hija proprju din it-tfittxija għall-verità. U hija din it-tfittxija li tagħmlu rilevanti fil-ġurnata tal-lum. Fi żjara ad limina tal-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales, il-Papa Benedittu XVI kien irrimarka dwar dan il-punt: “Hija l-verità irrivelata permezz tal-iskrittura u t-tradizzjoni u artikolata mill-Maġisteru tal-Knisja li teħlisna. Il-Kardinal Newman induna b’dan, u ħallielna eżempju eċċellenti ta’ fedeltà lejn il-verità irrivelata billi segwa dak id-“dawl ħelu” kull fejn ħadu, anke bi spiża personali konsiderevoli.”Dan l-istudju qasir iħares lejn il-figura ta’ John Henry Newman u kif hu għaġen l-Oxford Movement u kif, eventwalment, wasal biex jitlaq mill-komunità ekkleżjali li tant kien iħobb u li tant ħadem għaliha. Dan huwa kruċjali għax, kif Newman stess irrimarka, “Catholics did not make us Catholics; Oxford made us Catholics.” |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66678 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - InsEUS |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Ex_umbris_et_imaginibus_in_veritatem-John_Henry_Newman_u_l-Oxford_Movement_2020.pdf Restricted Access | 314.04 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.