Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66750
Title: | Studju ġdid dwar is-santwarju Puniku-Ruman ta' Ras il-Wardija |
Authors: | Azzopardi, George |
Keywords: | Ras il-Wardija (San Lawrenz, Malta) Gozo (Malta) -- History -- Phoenician and Punic period, 8th century B.C.-218 B.C. Graffiti -- Malta -- Wardija Archaeology -- Malta -- San Lawrenz |
Issue Date: | 2018 |
Publisher: | Kercem: Ghaqda Muzikali San Girgor |
Citation: | Azzopardi, G. (2018). Studju ġdid dwar is-santwarju Puniku-Ruman ta' Ras il-Wardija, Festa Madonna tas-Sokkors, Kercem, 35-36. |
Abstract: | Is-santwarju - jew kumpless ta' spazji sagri - fil-ponta ta' Ras il-Wardija kien jintuża minn madwar it-tielet seklu Q.K. sa madwar it-tieni (jekk mhux ukoll ir-raba') seklu W.K.: allura, mill-perjodu Puniku tardiv sal-perjodu Ruman. Minbarra dan it-tempju żgħir, element ieħor importanti f'dan is-santwarju jidher li kien għar imħaffer apposta fil-blat iktar 'I fuq . Mhux eskluż ukoll li dan l-għar kellu struttura mibnija quddiemu ħaġa waħda miegħu. Jista' jkun li f'dan l-għar u fl-istruttura li possibilment kellu quddiemu u magħquda miegħu kienu jsiru ritwali li kienu jikkonsistu f'ikliet komunitarji u xi riti ta ' inizjazzjoni wara riti ta' purifikazzjoni li possibilment kienu jkunu saru f'banju mħaffer fil-blat fil-viċin. Minħabba li r-riti ta' purifikazzjoni kienu jsiru fil-bidu - hekk kif wieħed jidħol fis-santwarju - mhux eskluż li, ħdejn dan il-banju, kien hemm id-daħla ewlenija tas-santwarju. Mhux eskluż li s-santwarju seta' baqa' jiġi wżat għal xi żmien minn xi grupp jew gruppi t'ewlenin insara fi żmien ta' tranżizzjoni mill-paganeżmu għall-Kristjaneżmu. Dawn l-ewlenin insara setgħu kienu jassimilaw lil Kristu ma' l-allat Uew ma' xi wieħed mill-allat) li kienu meqjuma hemmhekk qabel. Lanqas m'huwa eskluż li , fil-Medju Evu, l-għar seta' ntuża minn xi eremiti fi żmien meta dawn kienu jfittxu postijiet bħal dawn fl-imwarrab. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66750 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCASHArc |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Studju ġdid dwar is-santwarju (1).pdf | 1.34 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.