Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70000
Title: | Karmenu Mallia |
Authors: | Coleiro, Mario |
Keywords: | Mallia, Karmnu, 1869-1931 Sculptors -- Malta -- Biography Processional statues -- Malta Christian art and symbolism -- Malta Mallia, Karmnu, 1869-1931. St. Venera (Santa Venera, Malta) Venera, Saint, active 2nd century -- Processional statues -- Malta -- Santa Venera Dalli, Tumas, 1888-1980 Benefactors -- Malta -- Santa Venera |
Issue Date: | 2015 |
Publisher: | Santa Venera : Kumitat Festi Esterni Santa Venera |
Citation: | Coleiro, M. (2015). Karmenu Mallia. Festa [Santa Venera] 2015, 62-63. |
Abstract: | Karmenu Mallia mlaqqam Il-Lhudi, twieled ġewwa Ħal Qormi u kien mgħammed fil-parroċċa ta' San Ġorġ. Sa minn tfulitu beda juri li kien interessat fl-arti u beda jistudja l-kartapesta. Ix-xogħol fil-kartapesta kien imfittex ħafna, speċjalment għal xogħol fil-knejjes u festi. Dak iż-żmien l-iktar statwarju rinomat u magħruf kien Mastru Karlozzu (Karlu Darmanin) li kien imfittex ħafna għax-xogħol tal-kartapesta u kien irnexxielu jagħti dinjità u apprezzament artistiku lil dan ix-xogħol tiegħu. Darmanin kellu ħanut tax-xogħol fin-numru 170 (illum 488) Triq il-Kbira San Ġużepp, f' Santa Venera, fejn minn hemm kien qiegħed joħroġ fost l-aqwa xogħlijiet tiegħu. Karmenu, meta kien żagħżugħ, kien jitla' minn Ħal Qormi għal Santa Venera fejn kien imur jgħin lil Karlu Darmanin, u fl-istess ħin kien jitgħallem ukoll is-sengħa tal-kartapesta. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/70000 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCFAScu |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Karmenu_Mallia_2015.pdf | 159.28 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.