Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7081
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-12-21T15:11:19Z
dc.date.available2015-12-21T15:11:19Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7081
dc.descriptionPH.D.MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżi toffri analiżi tar-referenzi u x-xbihat korporali li jinstabu fix-xogħlijiet tal-poeti Romantiċi u Moderni Maltin li flimkien ikopru s-Seklu Għoxrin. L-analiżi tiffoka fuq l-iġsma differenti miġjuba fil-poeżiji: iġsma ta' nisa u rġiel u tfal, iġsma f'saħħithom u morda, iġsma sbieħ u koroh, iġsma sagri u iġsma metaforiċi. Imnebbħa mill-attenzjoni akkademika fuq il-ġisem mis-snin sebgħin 'l hawn, din it-teżi titlaq mill-premessa li l-korp uman għandu storja, huwa oġġett politiku u jrid jitqies bħala sit ta' kunflitt. Dan ifisser li ebda referenza għalih ma tista' tingħadd b'newtrali u mqar il-Ħarsa lejh għandha oriġini u interessi ideoloġiċi. Dan kollu jgħodd ukoll għax-xbihat korporali proposti fil-poeżiji u l-istudju jfittex li jidentifika liema huma dawk l-ideat predominanti li joħorġu mix-xbihat korporali prodotti mill-poeti. Wara rendikont storiku biex tiġi kkostruwita l-korposfera tal-ġisem Malti, joħroġ li l-preokkupazzjonijiet l-aktar importanti dwar il-ġisem aktarx imissu l-forma u l-kulur tiegħu, l-aktar tal-ewwel. Joħorġu wkoll indikazzjonijiet li hemm korrispondenza bejn il-forma proposta fil-poeżija ma' dik sanzjonata mill-ideoloġija dominanti. Dan l-istudju jkompli juri li, kuntrarju għat-tradizzjoni lokali li tifred il-poeżija Romantika minn dik Moderna, il-kurrenti ideoloġiċi li jikkonċernaw il-ġisem jorbtu ż-żewġ movimenti artistiċi flimkien. Mill-banda l-oħra, l-analiżi turi li hemm differenzi sostanzjali fit-trattament tal-ġisem u xbihat tiegħu bejn il-kitba ta' poeti nisa u poeti rġiel. Madankollu l-istudju juri wkoll li hemm spazji fejn il-klassifikazzjoni fuq prinċipji ta' ġens tista' tiċċajpar jekk mhux ukoll ikkontestata. Biex jiġi analizzat dan kollu, din it-teżi hija infurmata minn xogħlijiet multidixxiplinari, b'użu speċifiku tat-teorija femminista li aktarx li tat l-akbar kontribut għat-teorija tal-ġisem.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese poetryen_GB
dc.subjectHuman body in literatureen_GB
dc.subjectPoetry, Modernen_GB
dc.titleStudju dwar il-gisem u xbihat korporali fil-poezija Maltijaen_GB
dc.typedoctoralThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMifsud, Immanuel
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12PHDMAL001.pdf
  Restricted Access
5.28 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.