Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/72028
Title: Problemi ġenerali u speċifiċi fit-traduzzjoni letterarja ta' rumanz ta' Agatha Christie
Authors: Bonanno, Anna (2007)
Keywords: Christie, Agatha, 1890-1976. And then there were none
English literature -- Translations into Maltese
Translating and interpreting
Issue Date: 2007
Citation: Bonanno, A. (2007). Problemi ġenerali u speċifiċi fit-traduzzjoni letterarja ta' rumanz ta' Agatha Christie (Master's dissertation).
Abstract: Din id-dissertazzjoni ghandha l-ghan li tifli xi problemi fit-traduzzjoni ta' rumanz ta' wahda mill-esponenti ewlenin tal-generu thriller, Agatha Christie. Dan huwa r-rumanz Ten Little Indians ippubblikat ghall-ewwel darba fl-1939 bl-isem ta' Ten Little Niggers, meqjus mill kritici bhala wiehed mill-kapolavuri taghha. L-awtrici kienet bidlet l-isem tar-rumanz ftit wara li hareg, fl-1940, minhabba l-konnotazzjoni razzjali tal-kelma nigger, ghal Ten Little Indians u iktar tard hareg fil-verzjoni definittiva And Then There Were None. Ghall-iskopijiet ta' din id-dissertazzjoni, jitqiesu l-ewwel tliet kapitli tar-rumanz Ten Little Indians. Issir analizi ta' whud mill-ghazliet ewlenin li saru fit-traduzzjoni letterarja ghall Malti u kif gew ittrattati l-problemi li bhala traduttrici ltqajt maghhom f' dan il-process. Fost dawn hemm problemi lingwistici u ohrajn kulturali. Jitqiesu wkoll il-karatteristici generali tal- proza lettararja u l-hsieb u l-istruttura tal-poezija. Problema ewlenija kienet it-traduzzjoni tat-taqbila li fuqha huwa bbazat ir-rakkont. It taqbila, li taghmel parti mill-kultura Anglo-Sassona, originat fl-1868 mill-pinna tal-kittieb Amerikan Septimus Winner, kittieb ta' bosta ghanjiet popolari. Fl-Ingilterra giet adattata minn kompozitur iehor, Frank Green ghall-rapprezentazzjoni muzikali li malajr saret popolari hafna. Din it-taqbila hija ta' importanza fundamentall ghaliex l-istorja tizvolgi ruhha kif deskritt fl-istrofi tat-taqbila. Id-dissertazzjoni tiddeskrivi kif sar adattament li qed iservi ta' taqbila ekwivalenti. Dan sar permezz tat-taqbila folkloristika tradizzjonali Maltija "Ara Gejja l-Mewt Ghalik". Din it-taqbila tnebbah ukoll l-isem tar-rumanz tradott.
Description: M.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/72028
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtTTI - 2006-2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.TRANSLATION_Bonanno_Anna_2007.pdf
  Restricted Access
4.5 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.