Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/72033
Title: Glossarju ta' termini mil-ligi Maltija f'dak li ghandu x'jaqsam mal-bahar (Ingliz-Malti) (Malti-Ingliz)
Authors: Aquilina, Karen (2011)
Keywords: Translating and interpreting
Maritime law -- Terminology
Language and languages -- Glossaries, vocabularies, etc.
Issue Date: 2011
Citation: Aquilina, K. (2011). Glossarju ta' termini mil-ligi Maltija f'dak li ghandu x'jaqsam mal-bahar (Ingliz-Malti) (Malti-Ingliz) (Master's dissertation).
Abstract: Wara li lestejt il-kors gradwatorju, ghazilt li nkompli l-istudji tieghi f' dak li ghandu x'jaqsam mat-traduzzjoni. Segwejt il-kors postgradwatorju dwar l-Istudji tat- Traduzzjoni fl-Universita ta' Malta bejn is-sena 2009 u 2011. Dan il-kors kien mhux biss gdid ghalija personali mill-aspett tat-traduzzjoni, izda grazzi ghalih, stajt nerga' nibda dak li kont hallejt xi zmien qabel fl-istudji tal-ilsien Malti. L-unitajiet tal-kors kemm dawk marbutin mat-teorija kif ukoll mal-prattika ghenuni biex inkun iktar midhla tal- aspetti tat-traduzzjoni, bhal nghidu ahna l-approcc tat-traduttur lejn it-traduzzjoni, it-tipi differenti ta' testi ghat-traduzzjoni kif ukoll il-problemi li t-traduttur jista' jiltaqa' maghhom waqt il-hidma tieghu. Ma kelli l-ebda dubju li dan is-suggett ma kienx se jkun wiehed facli, billi fil-passat qatt ma kelli x'naqsam mal-istudju fil-qasam tal-bahar. Izda sa minn meta kont zghira, minn dejjem kien jaffaxxinani dan is-suggett, u ghal din ir-raguni, ghazilt li niehu r-riskju u nfittex aktar fil-fond f'dan il-qasam li tant huwa importanti ghalina l- Maltin u l-Ghawdxin. Kien hemm xi drabi fejn ma qbiltx mat-traduzzjoni ta' whud mit-termini bil-Malti fis-sors tal-Ligi Maltija minhabba li f'xi waqtiet, setghu joholqu xi ftit tal-ambigwita. Uhud minn dawn l-ezempji jinkludu, "karikatur" uzat bhala t-terminu ekwivalenti ta' "shipper". Zammejt f'mohhi li la darba termini bhal dawn diga jinsabu stabbiliti fil-Ligi Maltija, ma tantx hemm wisq x'wiehed jista' jaghmel, hlief li jikkummenta dwarhom u joffri termini altemattivi (alt.) ghalihom. Xi drabi kien hemm ukoll xi zbalji fl-ortografija, bhal perezempju "magna". Dan it-terminu suppost li jinkiteb bil-"g" izda fil-Ligi Maltija nsibuh miktub bil-"k" ("makna"). Ghaldaqstant, meta gejt biex nikkwota siltiet mil-ligi fix- xoghol tieghi, immarkati bhala TS u TM, qghadt attenta li nirranga dawn l-izbalji ortografici skont l-aggomament li sar fit-Taghrif fuq il-Lingwa bil-Malti u Deciizjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar il-Varjanti Ortografici. Fejn tidhol l- ortografija bl-Ingliz, uzajt id-dizzjunarju The Shorter Oxford English dictionary on historical principles. L-iskop ta' dan il-glossarju huwa li ssir analizi tat-termini specifici li ghandhom x'jaqsmu mal-bahar. Ghalkemm bosta termini diga jinsabu tradotti ghall-Malti fil-ligi, pruvajt kemm nista' noffri soluzzjonijiet ghat-traduzzjoni ta' termini bil-Malti fejn dawn baqghu jintuzaw bl-Ingliz, perezempju "kiri ta' bastiment minghajr ekwipagg" minflok "bareboat charter'', kif ukoll termini altemattivi ohrajn li jistghu jigu uzati, bhal nghidu ahna "sinjal ghall-bahhara" minflok "antenna". Inhossni sodisfatta li bicca sostanzjali mit-termini diga saru ufficjali bil-lingwa Maltija. Madankollu ma tkunx idea hazina li kieku aktar termini li llum qed jintuzaw bl- Ingliz, jigu wkoll applikati bil-Malti. Bhalma kull pajjiz iehor jipprova jseddaq il-lingwagg uzat f'oqsma differenti, b'termini fil-lingwa matema tieghu, hekk ukoll ghandu jkun fil- Malti. Billi fil-Malti hemm diga numru kbir ta' termini mislufa minn lingwi ohrajn, specjalment mill-Ingliz, ikun hemm ukoll il-possibilta li l-Malti jaghmel uzu minn termini Maltin, minghajr ma jinhass il-bzonn li wiehed jirrikorri jew jissellef termini minghand lingwi ohrajn.
Description: M.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/72033
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2011
Dissertations - FacArtTTI - 2006-2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.TRANSLATION_Aquilina_Karen_2011.pdf
  Restricted Access
6.47 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.