Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73605
Title: Tliet kappillani li għamlu ġieħ lil Bormla fiż-Żejtun
Authors: Abela, Joe
Keywords: Gafa', Anton, 1712-1733
Tortella, Ġakbu, 1787-1802
Ellul, Pawl, 1839-1861
Catholic Church -- Malta -- Cospicua -- Clergy -- Biography
Catholic Church -- Malta -- Żejtun -- History
Cospicua (Malta) -- Biography
Żejtun (Malta) -- History
Issue Date: 1999
Publisher: Żejtun : Parroċċa Santa Katarina
Citation: Abela, J. (1999). Tliet kappillani li għamlu ġieħ lil Bormla fiż-Żejtun. Iż-Żejtun : [festa ta' Santa Katarina V.M.], 1999, 10-12
Abstract: Dun Anton Gafa' kien twieled f’Bormla, fis-27 ta' Lulju, 1668 u kien professur tal-Filosofija u Teologija. Huwa kien ukoll karitatevoli, tant li kienet tigieħ ħniena mill-fqar tal-parroċċa. Nistgħu ngħidu li Dun Anton fil-21 sena li dam kappillan taż-Żejtun, ħadem fuq l-aspett arkittetoniku ta lill-knisja forma ta' salib u lesta l-bini tagħha kollu, minbarra n-navi li saru wara. Ġakbu Tortella twieled f'Bormla fl-4 ta' Dicembru, 1726 u dam proprjament kappillan taż-Żejtun għal ftit xhur biss (1801- 1802), imma kien ilu vigarju kurat iż-Żejtun għal erbatax il-sena. Il-mertu kbir ta' dan is-saċerdot żelanti kien li ġieb il-paċi fiż-Żejtun, paċi li kienet ilha nieqsa madwr 30 sena minn din il-parroċċa!. Kien ukoll bil-ħila tiegħu Ii ż-Żejtun irċieva t-titlu ta' ‘Belt Bylandt’ mill-Granmastru Ferdinandu Hompesch fl-1797. Dun Pawl Ellul twieled f' Bormla fl-14 ta' Marzu, 1802, u ġie ordnat saċerdot fit-18 ta' Frar, 1826 u ħa l-pussess bħala l-kappillan il-ġdid taż-Żejtun fl-4 ta' Marzu, 1839. Matul it-22 sena li dam kappillan taż-Żejtun, Dun Pawl Ellul jibqa' mfakkar l-aktar għal żewġ ħwejjeġ: dik li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Piju IX, ikkonċeda fit-22 ta' Ġunju, 1854, il-permess ta' Uffizzjatura proprja u solenni għall-Festa ta' Santa Katarina fiż-Żejtun u fi kwadru ta' Dun Pawl, li jinsab fil-Mużew taż-Żejtun, fejn jidher iżomm din l-uffizzjatura f’idu waħda, filwaqt li bl-oħra jindika l-kampnar tal-Knisja Parrokkjali. B'modi, diversi dawn it-tliet kappillani Bormliżi taw xhieda ta' ħajja tassew nisranija u ta' żelu fil-qasam tal-ħidma pastorali. Huma tliet saċerdoti li l-knisja ta' Bormla u ż-Żejtun tħossha kburija bihom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/73605
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr
Parish of St. Catherine of Alexandria

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
tliet kappillani li ghamlu gieh lil bormla miz zejtun.pdf1.86 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.