Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/76102
Title: Il-pellegrinaġġ ta’ Dun Anton
Authors: Borg, Andrew
Keywords: Xiberras, Anton, 1922-2006
Parish of St. Julian the Hospitaller (St. Julians, Malta)
Catholic Church -- Malta -- St. Julians -- Clergy -- Biography
Christian pilgrims and pilgrimages -- Malta -- Mellieħa -- History
National Shrine of Our Lady of Mellieħa (Mellieħa, Malta)
Naxxar (Malta) -- Biography
Issue Date: 2009
Publisher: San Ġwann : Għaqda Festa Esterna Madonna ta' Lourdes
Citation: Borg, A. (2009). Il-pellegrinaġġ ta’ Dun Anton. Il-Warda ta' Massabielle, festa 2009, 63, 64, 66, 67, 71.
Abstract: Dawk li ilhom joqogħdu fit-triq ewlenija ta' San Ġwann, Triq in-Naxxar, li dari, flimkien ma' ftit toroq oħra laterali, kienet tifforma dak li kien magħruf bħala l-Imsieraħ, żgur li huma midħla sew ta' dan il-pellegrinaġġ. Dan għaliex nhar Ħadd il-Passjoni, filgħodu kmieni, qabel biss tkun telgħet ix-xemx, imdorrijin jisimgħu dak it-tgedwid ta' nies jitolbu waqt li għaddejjin b'pass imgħaġġel u meqjus ġej mill-bogħod, li mbagħad jibda dejjem iżid. Xi wħud minnhom, maż-żmien, forsi tħajru jingħaqdu ma' dawn in-nies, u jaqbdu minn ħdejn bwiebhom ma' dan is-serbut ta' pellegrini, fi triq twila li twassalhom fis-santwarju għażiż tal-Madonna tal-Mellieħa. U allura, dawk li jafu b' dan il-pellegrinaġġ, ma jistax ikun li ma jafux ukoll bil-mibki Dun Anton Sciberras, li għal aktar minn erbgħin sena kien il-moħħ u l-magna wara dan l-att ta' fidi mżewweġ mas-sagrifiċċju.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/76102
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_pellegrinagg_ta_Dun_Anton_2009.pdf2.5 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.