Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/76124
Title: Analiżi tal-lingwa li tittratta l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent
Authors: Mangion, Mariella (2012)
Keywords: Environmental law -- Malta
English language -- Translating into Maltese
English language -- Syntax
Maltese language -- Syntax
Issue Date: 2012
Citation: Mangion, M. (2012). Analiżi tal-lingwa li tittratta l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent (Master's dissertation).
Abstract: Fl-isfera ta’ analiżi lingwistika ta’ testi legali, is-sintassi toffri bosta elementi interessant għat-traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti l-ktar meta jkun hemm suġġett stabbilit sew fl-Ingliż, bħall-istudji dwar l-ambjent. F’din id-dissertazzjoni l-istudju marbut mas-sintassi se jkun iffukat fuq il-grupp nominali u l-awżiljarji fl-Ingliż u l-Malti. L-għażla waqgħet fuq l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent minħabba l-importanza li dan is-suġġett għandu fix-xena globali tal-mument. L-istudju jagħfas fuq il-gruppi nominali li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u l-awżiljarji fit-test Malti u dak Ingliz. L-għan huwa li ssir analiżi tax-xifts grammatikali li jgħaddi minnhom il-grupp nominali bejn l-Ingliż u l-Malti. Minn din l-analiżi jista’ joħroġ b’mod iktar imfassal dak li jkun għaddej f’lingwa u oħra sabiex jinħoloq messaġġ ekwivalenti. Permezz ta’ din l-analiżi se joħorġu deskrizzjonijiet lingwistiċi li jagħtu spjegazzjoni ta’ kif ikun mibni grupp nominali. Permezz ta’ hekk, l-aspett prattiku tat-traduzzjoni huwa iktar evidenti, iżda min-naħa l-oħra, il-parti teoretika tagħti dawl fuq xi jsir fit-traduzzjoni nnifisha. F’dak li għandu x’jaqsam mal-awziljarji, il-mira hija li ssir analiżi ta’ kif dawn jiġu tradotti mill-Ingliż għall-Malti u kif f’ċerti każijiet jista’ jkun hemm aktar minn traduzzjoni waħda għall-istess awżiljarju. Dan juri li m’hemmx mod wieħed biss kif wieħed jista’ jesprimi ruħu f’lingwa u li awżiljarju fil-lingwa sors jista’ jirriżulta f’zewġ possibilitajiet fil-lingwa tal-mira. Studju bħal dan jagħti deskrizzjoni tal-possibilitajiet sintattiċi li jista’ jkun hemm bejn lingwa u oħra li jistgħu jaffettwaw ukoll l-elementi semantiċi biex ikun hemm messaġġ ekwivalenti fil-lingwa tal-mira. Għaldaqstant toħroġ ir-rabta bejn is-sintassi u s-semantika u li għalkemm huma żewġ oqsma separati meta wieħed jiġi biex jistudjahom, dawn huma wkoll marbuta ma’ xulxin.
Description: M.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/76124
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2012
Dissertations - FacArtTTI - 2006-2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
M.A.TRANSLATION_Mangion_Mariella_2012.pdf
  Restricted Access
6.28 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.