Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78149
Title: L-attitudnijiet tal-għalliema għal inferenzi eżistenzjalisti fit-tagħlim tal-Letteratura Maltija fil-livell postsekondarju
Authors: Cardona, Tyron (2020)
Keywords: Maltese literature -- Study and teaching (Higher) -- Malta
Maltese literature -- Outlines, syllabi, etc.
Existentialism in literature
Student-centered learning -- Malta
College teachers -- Malta -- Attitudes
Issue Date: 2020
Citation: Cardona, T. (2020). L-attitudnijiet tal-għalliema għal inferenzi eżistenzjalisti fit-tagħlim tal-Letteratura Maltija fil-livell postsekondarju (Master's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ il-fehmiet ta’ tmien għalliema tal-Malti f’sitt skejjel postsekondarji mifruxa madwar Malta u Għawdex dwar il-Letteratura Maltija b’inferenzi eżistenzjali kif misjuba fis-Sillabi tal-Malti fil-livell Avvanzat (2018) u dak Intermedju (2018). B’rabta ma’ dan, permezz tat-tmien intervisti semistrutturati li saru lill-għalliema tal-Malti, ġew analizzati wkoll l-għażliet pedagoġiċi tagħhom fl-istadji differenti taċ-ċiklu tat-tagħlim. Mill-informazzjoni miġbura jidher ċar li l-lezzjonijiet tal- Letteratura Maltija jduru l-aktar madwar l-għalliema; huma jħossuhom kompetenti u jqattgħu ħafna ħin jispjegaw, u l-istudenti jieħdu n-noti. B’hekk, il-lezzjonijiet talletteratura huma neqsin minn diskussjonijiet, dibattiti, u analiżi tal-fehmiet talistudenti, kwalitajiet essenzjali f’kull klassi tal-letteratura. Żewġ elementi li jinfluwenzaw l-andament ta’ dawn il-lezzjonijiet huma n-nuqqas ta’ qari ġenerali fost listudenti u d-distanza bejn it-testi letterarji magħżula u l-esperjenzi tal-istudenti – meta tkun qabża kbira din toffrilhom sfida biex jempatizzaw, jifhmu, janlizzaw u jinterpretaw ix-xogħol letterarju. Fost ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin ta’ dan l-istudju nsibu: il-ħtieġa ta’ tiġdid tas-Sillabi tal-Malti fil-livell postsekondarju speċjalment f’dik li hi għażla ta’ testi letterarji; il-bżonn tal-tranżizzjoni lejn pedagoġija li tqiegħed lill-istudent fiċ-ċentru tat-tagħlim u responsabbli ta’ dan il-proċess; u l-għoti ta’ aktar importanza lil-litteriżmu u l-qari ġenerali fost l-istudenti adolexxenti.
Description: M.TEACHING&LEARNING
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78149
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20MTL009.pdf1.98 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.