Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78165
Title: Iż-żejjed kollu żejjed! : it-tagħlim tal-ħiliet tal-lingwa permezz ta’ kanzunetti ta’ protesta
Authors: Curmi, Miriana (2020)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Music in education -- Malta
Songs, Maltese -- Malta
Protest songs -- Malta
Issue Date: 2020
Citation: Curmi, M. (2020). Iż-żejjed kollu żejjed!: it-tagħlim tal-ħiliet tal-lingwa permezz ta’ kanzunetti ta’ protesta (Master's dissertation).
Abstract: Minkejja l-fatt li f’dokumenti kurrikulari jinħass in-nuqqas tal-element mużikali, il-kanzunetti għandhom il-potenzjal li jitqiesu bħala għodda pedagoġika utli ħafna. Fir-repertorju tal-mużika Maltija hemm diversi kanzunetti li fiċ-ċokon tagħhom jieħdu ritratt tal-ħajja soċjali u ġieli jikkummentaw fuq sitwazzjonijiet diffiċli fis-soċjetà. Dan l-istudju jistħarreġ is-siwi ta’ xi kanzunetti ta’ protesta fit-tagħlim tal-ħiliet tal-lingwa Maltija fi skola sekondarja. Il-mudell pedagoġiku ewlieni hu dak ta’ unità didattika, bl-isem: ‘Iż-żejjed kollu żejjed!’ Il-pjan ta’ ħidma b’rabta ma’ dan hu mfellel f’erba’ taqsimiet ewlenin u jinkludi ġabra ta’ kisbiet u għadd ta’ għanijiet speċifiċi u maħluqa ad hoc. It-tmien lezzjonijiet li jsawru din l-unità didattika jinkludu: attivitajiet inklussivi, riżorsi kreattivi, karta bil-lirika tal-kanzunetti talprotesta, u taħriġiet innovattivi li f’waqtiet huma differenzjati wkoll. Iserrpu tul din l-unità didattika wieħed isib istanzi ta’ assessjar formattiv u evalwar summattiv. L-iskopijiet ewlenin wara din il-proposta huma biex, qabelxejn, l-istudenti, bħala ċ-ċittadini ta’ għada, jiksbu konsapevolezza u jiżviluppaw attitudni pożittiva lejn l-idea ta’ protesta f’soċjetà demokratika, u t-tieni, sabiex il-wirt kulturali u mużikali Malti jiġi apprezzat u jinżamm ħaj mill-ġenerazzjonijiet tal-futur. Dan l-istudju jagħlaq b’riflessjoni tar-riċerkatriċi fuq il-proċess u l-prodott ta’ dan il-proġett kreattiv u ta’ impenn soċjali.
Description: M.TEACHING&LEARNING
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78165
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20MTL015.pdf100.59 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.