Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78207
Title: Hawn ħaġa... x’inhija? : il-ħaġa moħġaġa fit-tagħlim tal-Malti fl-Iskejjel medji u sekondarji
Authors: Saliba, Michela (2020)
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Secondary) -- Malta
Maltese wit and humor
Riddles, Maltese -- Malta
Plays on words -- Malta
Issue Date: 2020
Citation: Saliba, M. (2020). Hawn ħaġa... x’inhija?: il-ħaġa moħġaġa fit-tagħlim tal-Malti fl-Iskejjel medji u sekondarji (Master's dissertation).
Abstract: Anki jekk il-ħwejjeġ moħġaġa ftit li xejn jixirfu f’politiki u f’dokumenti ewlenin edukattivi, dan il-ġeneru umoristiku ċkejken li jistrieħ fuq il-logħob bil-kliem għandu potenzjal pedagoġiku qawwi. Il-klassi tal-Malti, bl-attenzjoni li tagħti għall-ħiliet u loqsma tal-lingwa, hi l-post ideali fejn it-tagħlim tal-ħwejjeġ moħġaġa jsiru b’ħeffa, b’sistematiċità u b’effettività. Il-pedagoġija mħaddma f’din it-teżi tinqasam fi tnejn: ittagħlim ta’ unità didattika ddedikata kollha kemm hi għal dan il-ġeneru li jagħmel parti mit-tradizzjoni orali u għaldaqstant mill-Esperjenza Letterarja; u l-metodu ta’ tagħlim integrat fejn il-ħaġa moħġaġa sservi ta’ spunt mhux tas-soltu jew riżorsa kreattiva f’idejn l-għalliema biex tqanqal l-interess tal-istudenti tagħha. Għal dan il-għan, qed ikunu ppreżentati żewġ pjanijiet ta’ ħidma skont l-abbiltajiet tal-istudenti indirizzati f’kisbiet miktuba ad hoc. Imbagħad, kollox jitwettaq f’għadd ta’ lezzjonijiet b’riżorsi kreattivi u damma ta’ taħriġiet innovattivi, bil-ħsieb li jissensibbilizzaw lill-istudenti għal aspetti tematiċi u stilistiċi tal-ħwejjeġ moħġaġa Maltin. Il-komponent talevalwazzjoni u/jew tal-assessjar tal-unità didattika jimxi mal-mudell ta’: stħarriġ talbżonnijiet tal-istudenti fl-ewwel lezzjoni; assessjar formattiv tul l-unità didattika; u forma ta’ evalwar summattiv fl-aħħar. Dan l-istudju jagħlaq bir-riflessjoni tarriċerkatriċi tax-xogħol li pproponiet, b’risq il-bidla li għandha ssir f’livelli ta’ ppjanar kurrikulari min-nies interessati f’dan il-qasam. B’hekk, l-istudenti tal-Malti għandhom jieħdu gost jitgħallmu permezz u fuq il-ħwejjeġ moħġaġa, biex japprezzaw aktar ilwirt tradizzjonali orali Malti u jżommuh ħaj għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Description: M.TEACHING&LEARNING
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78207
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20MTL035.pdf3.99 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.