Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81674
Title: Analiżi lingwistika tal-lingwaġġ tax-xandara ta' l-aħbarijiet fuq it-televixin lokali
Authors: Spiteri, Janika (2008)
Keywords: Broadcast journalism -- Malta
Mass media and language -- Malta
Maltese language -- Usage
Register (Linguistics)
Issue Date: 2008
Citation: Spiteri, J. (2008). Analiżi lingwistika tal-lingwaġġ tax-xandara ta' l-aħbarijiet fuq it-televixin lokali (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din l-analiżi serviet biex joħorġu l-karatteristiċi tal-varjetà li jsawru l-bulettin ta’ l-aħbarijiet, fil-partijiet differenti tiegħu. Ammont ta’ punti juru l-karatteristiċi li jagħmlu dan ir-reġistru uniku iżda għalkemm xi karatteristiċi ssibhom f’varjetajiet oħra, xorta jagħmlu parti minn dan ir-reġistru u jżidu biex jagħmluh maqtugħ għalih minħabba li dawn il-karatteristiċi jintużaw f’sitwazzjonijiet partikolari. Bħala kontenut ta’ xi frażijiet huwa normali li jintuża anke f’varjetajiet oħra iżda dak li jagħmilhom karatteristika tal-varjetà huwa l-mod kif jintużaw ir-reġistru, fl-iskema partikolari ta’ kif jinħadem il-lingwaġġ tax-xandara fl-aħbarijiet fuq it-televixin. Fuq il-lat lessikali hemm aktar punti f’din l-analiżi għax għalkemm il-lessiku tal-lingwaġġ huwa partikolari għar-reġistru mill-mod kif jiġi użat hemm għżla kif punt ta’ l-aħbarijiet jista’ jintqal filwaqt li l-punti grammatikali f’din l-analiżi hemm inqas. Permezz ta’ din l-analiżi, ħarġu elementi li juru li l-lingwaġġ tax-xandara huwa miktub iżda biex jiġi mitkellem u allura għandu elementi miż-żewġ mezzi ta’ kommunikazzjoni. Dan ir-reġistru għandu elementi li huma espressjonijiet uniċi minn reġistri oħra, fosthom it-tip ta’ frażijiet tipiċi li jintużaw, l-aġġettivi u l-verbi skond il-parti differenti tal-bulettin u t-termini speċifiċi relatati mal-oqsma li qed jissemmew fil-punt ta’ l-aħbarijiet. Imbagħad hemm uniċi l-punti ewlenin u l-mod kif inhuma msawra. Fil-qosor tagħhom juru l-istampa ta’ fuq xiex se jkun parti kbira mill-bulettin ewlieni.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81674
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Spiteri_Janika_2008.pdf
  Restricted Access
27.63 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.