Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/83663
Title: L-imħabba taħt il-lenti
Authors: Blundell, Renald
Keywords: Intimacy (Psychology)
Love
Emotions
Marriage
Issue Date: 2012
Publisher: Malta University Publishing
Citation: Blundell, R. (2012). L-imħabba taħt il-lenti. Msida: Malta University Publishing.
Abstract: Ġibda ewlenija bħalma hi l-imħabba għandha warajha storja twila li matulha l-bniedem mhux biss għexha u ċaħadha imma ħaseb u kiteb dwarha minn kull angolu. Hi verżjoni reliġjuża, daqskemm psikoloġika, fiżika, politika, soċjali, subliminali daqskemm esperjenzjali, u l-bqija. B’kompetenzi differenti, fi żminijiet varji, f’kulturi differenti, professjonisti daqskemm nies ta’ esperjenza fittxu li jiddefinuha u jirrenduha sfida prattika. F’dan il-ktieb Dr. Renald Blundell jgħaqqad dawn ix-xejriet kollha flimkien biex, bħallikieku taħt lenti, jgħarbel l-imħabba bħala kunċett, istint, għażla u kollox ma’ kollox, esperjenza fundamentali. Huwa jħares lejha minn naħiet differenti, u jikkonfrontaha ma’ punti ta’ riferiment differenti: mill-bniedem sal-annimal, mill-ħlejjaq naturali sal-oġġetti. B’taħlita kontinwa ta’ esperjenza professjonali u perċezzjoni mibnija fuq it-tiġrib ta’ kuljum, bi stil li huwa kemm mirqum daqskemm sikwit dirett u konversazzjonali, huwa jipprovdi manwal li għandu jkun ta’ fejda kemm lill-għalliema, lill-edukaturi ċivili daqskemm reliġjużi, kif ukoll lin-nies u lillirġiel medji li jixtiequ jiksbu għarfien sod u prattiku ta’ sfida li kull persuna ma tistax ma tiltaqax magħha f’għamla jew f’oħra, fi staġun jew f’ieħor tal-ħajja. Dr. Blundell qiegħed jagħti kontribut tassew siewi billi jħaddem il-lingwa tal-pajjiż biex il-qarrejja Maltin ikollhom ktieb li jipprovdi perspettivi, pariri u metodi dwar kif wieħed jifhem x’inhi l-imħabba u kif jista’ jagħrafha fih innifsu daqskemm fl-oħrajn madwaru. Dr. Blundell ma jonqos qatt li jkun prattiku u realistiku, waqt li jevita spekulazzjoni u diskors astratt li f’xogħol bħal dan jistgħu jtellfu l-qari u jnaqqsu l-utilita’. Huwa test eżemplari ta’ akkademiku li jħoss id-dmir u l-ħtieġa li jaqsam l-għarfien professjonali tiegħu ma’ pubbliku wiesa’, ta’ kull eta’, li jista’ jsib ktieb bħal dan utli fil-proċess ta’ għażla, ħbiberija, relazzjoni u l-bqija.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/83663
ISBN: 9789990944518
Appears in Collections:Scholarly Works - FacM&SPB

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L-imħabba_taħt_il-lenti_2012.pdf
  Restricted Access
4.25 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.