Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/87383
Title: | L-ispirazzjoni u l-verita' Biblika |
Authors: | Sciberras, Paul |
Keywords: | Bible -- Inspiration Holy Spirit -- Biblical teaching Word of God (Christian theology) Bible -- Commentaries |
Issue Date: | 2003 |
Publisher: | Media Centre |
Citation: | Sciberras, P. (2003). L-ispirazzjoni u l-verita' Biblika. In D. Spiteri (Ed.), Enciklopedija biblika: ġabra ta' studji minn diversi biblisti Maltin (pp. 15-30). Malta: Media Centre. |
Abstract: | Il-kelma ta' Alla mlissna jew miktuba tissejjaħ ispirata. Din it-terminoloġija toħroġ minn żewġ testi tat-T.G. Pawlu jgħid: "l-Iskrittura kollha hija divinament ispirata, teopneustos" (2 Tim 3,15). Il-kelma teàpneustos, minn teos (Alla) u pneuma (spirtu), tfisser imxappa bl-ispirtu ta' Alla jew imxappa minn Alla bl-ispirtu. Hija kelma rara. Ma tinsabx fil-Grieg klassiku. Tidher f'erba' dokumenti antiki ta' wara Pawlu. Forsi ħalaqha Pawlu stess. Forsi sabha fl-ambjent re!igjuż ta' madwaru. Pietru jgħid li l-profezija ma ġietx mir-rieda tal-bnedmin, għaliex il-bnedmin ta' Alla tkellmu "merfugħin, feromenoi, mill-Ispirtu s-Santu" (2 Pt 1,21). Il-kelma feromenoi ħija partiċipju passiv tal-verb fero, refa', ġarr, qandel, ġieh, qanqal. Iż-żewġ testi meħudin flimkien juru li l-awturi tal-kotba mqaddsa kienu mmexxija mill-Ispirtu divin u li l-kitba tagħhom għandha l-Ispirtu divin. Dawn it-testi jaqblu ma' ħafna oħrajn li jsemmu l-Ispirtu ta' Alla fil-ħidma tiegħu stess jew fil-kliem, kitba u għemil tal-bnedmin ta' Alla. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/87383 |
ISBN: | 9990920710 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheSC |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L_ispirazzjoni_u_l_verita_Biblika_2003.pdf | 724.56 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.