Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/87765
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorThake, Anne Marie-
dc.contributor.authorvon Brockdorff, Philip-
dc.date.accessioned2022-01-28T07:32:31Z-
dc.date.available2022-01-28T07:32:31Z-
dc.date.issued2021-
dc.identifier.citationThake, A.M., & von Brockdorff, P. (2021). L-ekonomija diġitali, l-edukazzjoni u l-ambjent. In M.T. Vassallo (Ed.), Kollox politika (pp. 165-174). Malta: Malta University Press.en_GB
dc.identifier.isbn9789990944877-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/87765-
dc.description.abstractIr-rivoluzzjoni diġitali attwali qiegħda ssarraf il-potenzjal tagħha li tibdel b’mod fundamentali s-soċjetà, l-ekonomija u l-post tax-xogħol. L-ekonomija diġitali tipprovdi benefiċċji fit-tul kemm għat-tkabbir ekonomiku kif ukoll għall-kwalità tal-ħajja b’impatt fuq is-setturi kollha, billi tibdel il-mod kif ngħixu, naħdmu u nikkomunikaw. Il-progress tad-diġitalizzazzjoni, b’mod partikolari fejn jiġu introdotti prodotti u servizzi diġitali ġodda, jista’ jkun mgħaġġel ħafna (bħal fil-każ tal-ismartphones) jew jista’ jkun kajman f’ċerti oqsma, fejn il-pubbliku u s-soċjetà inġenerali ma jaċċettawx it-teknoloġija kif ġieb u laħaq, bħalma huwa l-każ meta jiġu affettwati l-awtonomija, ir-responsabbiltà, is-sigurtà, id-dinjità u l-privatezza tal-bniedem. L-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet diġitali ġodda qiegħed jiġi promoss minn ħafna segwaċi fl-industrija, fil-laboratorji u fl-universitajiet, u mhux biss, kif jaħsbu ħafna nies, minn ġganti tal-Internet bħalma huma Google, Apple, Facebook, Amazon jew Microsoft. It-tranżizzjoni diġitali mhijiex immexxija biss mit-teknoloġija. Il-ħtiġijiet u x-xewqat tan-nies u tas-soċjetà, kif ukoll id-drittijiet tagħhom, għandu jkollhom impatt deċiżiv fuq żvilupp teknoloġiku. Għal tranżizzjoni diġitali ta’ suċċess, l-involviment tan-nies fil-proċessi ta’ tfassil u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet huwa sfida ċara għal kulħadd, u għas-soċjetà ċivili b’mod partikolari. Huwa evidenti kemm il-ħiliet li jimxu paripassu mal-ħtiġijiet tal-industrija huma relevanti għall-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta’ pajjiż żgħir bħal tagħna li ma jgawdix minn riżorsi naturali. Id-dinja tax-xogħol inbidlet mill-qiegħ, tant li l-ħaddiem huwa dispost li jibdel l-impjieg għal darbtejn, tlieta, jekk mhux aktar, tul il-karriera tiegħu. Dan ifisser li jrid ikun ferm iżjed versatili, flessibli u jaddatta ruħu għal ambjenti varji. Din id-dinamika hija lubrikata minn abbiltajiet tekniċi u ħiliet bażiċi li kull ħaddiem għandu bżonn biex ikun jista’ jimxi minn impjieg għal ieħor. Fl-era diġitali ta’ żmienna, iċ-ċaqliq minn settur għall-ieħor sar aktar spedit għax mhux biss isir fuq livell fiżiku, imma wkoll fuq il-pjattaforma virtwali.’en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherMalta University Publishingen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectElectronic commerce -- Maltaen_GB
dc.subjectTechnology -- Maltaen_GB
dc.subjectEducation -- Maltaen_GB
dc.subjectCareer development -- Maltaen_GB
dc.subjectLabor supply -- Effect of education on -- Maltaen_GB
dc.subjectNature and nurtureen_GB
dc.subjectAbilityen_GB
dc.titleL-ekonomija diġitali, l-edukazzjoni u l-ambjenten_GB
dc.title.alternativeKollox politikaen_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEMAPP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_ekonomija_diġitali_l_edukazzjoni_u_l_ambjent.pdf
  Restricted Access
611.88 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.