Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8824
Title: Traduzzjoni ta' xi kapitli mill-ktieb 'Deformity' ta' Simon Bartolo
Authors: Mifsud, Janice (2013)
Keywords: Bartolo, Simon, 1968- . Deformity -- Translations into Maltese
Maltese literature -- 21st century
Young adult literature, Maltese -- 21st century
Issue Date: 2013
Abstract: Din it-teżi tieħu d-direzzjoni tagħha lejn l-iskop ta’ traduzzjoni maħluqa biex tagħti evidenza tal-possibbilità li wieħed jasal jikkomunika f’lingwa oħra kwalunkwe test. Fil-fatt, hawnhekk se nsibu riċerka bir-reqqa ta’ tip ta’ letteratura speċifika, dik tal-adolexxenti li permezz tal-karatteristiċi uniċi tagħha tagħmilha differenti minn tipi oħrajn ta’ kitba. Għalhekk permezz tal-ktieb ‘Deformity’ ta’ Simon Bartolo li jagħmel parti minn din it-tip ta’ letteratura se noħroġ il-karatteristiċi ewlenin li jitfgħuh f’din il-kategorija, u t-traduzzjoni ta’ xi kapitli minn dan l-istess ktieb lejn il-Malti se sservi ta’ xhieda li turi kemm huwa possibbli li test jiġi ppreżentat f’lingwa oħra filwaqt li jinżamm l-istess tifsir u effett ta’ dak li jkun inkiteb oriġinarjament. Għaldaqstant xtaqt nuri fil-prattika kif traduttur għandu jitratta test ta’ dan it-tip li huwa miktub u mmirat għal udjenza speċifika għalhekk traduttur ikollu diversi fatturi oħra xi jżomm f’moħħu apparti dak tat-traduzzjoni stess. Wieħed jasal jifhem li l-proċess tat-traduzzjoni mhuwiex wieħed li jinvolvi sempliċiment trasferiment ta’ test minn lingwa għall-oħra iżda jinvolvi mixja itwal fejn it-traduttur irid iħaddem teknika u juża strateġija li bihom jirnexxielu jasal għall-għan speċifiku ta’ traduzzjoni li tibqa’ viċin tat-test oriġinali fit-tifsir tagħha u fl-istess ħin ma tkunx ambigwa għat-test fil-mira, fejn lill-qarrejja jitwasslilhom b’mod ċar dak kollu li kien intenzjonat mill-awtur tat-test sors. Għalhekk huwa importanti li wieħed ikun imħarreġ sew dwar il-ġeneru tat-test, f’dan il-każ tal-letteratura tal-adolexxenti għax permezz ta’ dan it-tagħrif it-traduttur jkun jista’ joħloq aħjar traduzzjoni xierqa li toħroġ il-karatteristiċi tal-kitba flimkien mal-ħsieb oriġinali tal-awtur.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8824
Appears in Collections:Dissertations - FacArtTTI - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13MATIS021.pdf
  Restricted Access
2.16 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.