Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/88885
Title: Is-soċjalizmu : ġabra ta' kitbiet
Authors: Briguglio, Lino
Keywords: Socialism -- Malta
Women's rights -- Malta
Women -- Legal status, laws, etc.
Political science -- Malta
Issue Date: 1976
Publisher: Union Press
Citation: Briguglio, L. (1976). Is-soċjalizmu : ġabra ta' kitbiet. Malta: Union Press.
Abstract: Dan il-ktieb fih ġabra ta' artikli ta' Lino Briguglio, li nkitbu f'dawn l-aħħar sentejn. L-ewwel tnax fihom tagħrif dwar id-DUTTRINA SOĊJALISTA. Dawn huma rranġati b'mod li kull artiklu jżid ma' ta' qablu, u t-tnax f' daqqa jmissu l-prinċipji fundamentali tas-soċjaliżmu. Imbagħad jinstabu tliet artikli dwar il-MARA. L-ideja ewlenija ta' dawn it-tliet artikli hi li s-soċjaliżmu biss iwassal għall-ħelsien tal-mara. Wara hemm erba' artikli dwar il-PARTITI POLITIĊI ewlenin ta' Malta, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista, li huwa anti-soċjalist, u l-Partit tal- Haddiema, li qed iwettaq politika soċjalista-demokratika. lż-żewġ artikli ta' wara huma dwar in-NEO-KOLONJALlżMU. Fl-aħħar nett il-ktieb fih ġabra ta' tmien artikli b'tagħrif ġenerali li għandu x'jaqsam, b'xi mod jew ieħor, mas-soċjaliżmu. Il-ktieb fih għadd ta' riferenzi u noti, li jgħinu l-qarrej jifhem aħjar x'irid jgħid l-awtur. Barra minn hekk, hemm werrej dettaljat tal-kliem. L-awtur ġabar dawn l-artikli f'għamla ta' ktieb bl-għan li jkompli jinfirex it-tagħlim dwar is-soċjaliżmu f'Malta. Il-ktieb m'huwiex maħsub biex ikun xi trattat dwar is-soċjaliżmu, imma biss bħala introduzzjoni, biex min jaqrah jitħajjar jaqra u jistudja aktar dwar dan is-suġġett.
Description: L-artikli li huma miġbura f'dan il-ktieb lkoll dehru fit-"Torċa". Id-data li tidher wara kull-artiklu hija dik tal-ħarġa ta' "It-Torċa" meta deher l-artiklu għall-ewwel darba.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/88885
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCSSSCA

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Is_socjalizmu_gabra_ta_kitbiet.pdf42.24 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.