Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8889
Title: Analizi lingwistika ta' varjanti fonetici-ortografici maghzula fil-Malti
Authors: Cefai, Ancel
Keywords: Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Variation
Maltese language -- Phonology
Issue Date: 2013
Abstract: Fil-metodoloġija se niddeskrivi kif wettaqt l-istudju pass wara pass. Se nibda mill- ġabra tal-lista u l-kategorizzazzjoni tal-varjanti flimkien mal-għażla tal-gruppi ta’ varjanti partikolari. Inkompli bid-deċiżjonijiet li ħadt dwar kif se niġbor l-informazzjoni mill-parteċipanti u bil-binja tas-sentenzi li ngħataw bħala esperiment. Imbagħad nispjega kif wettaqt l-istudju pilota u kif wasalt biex iddeċidejt l-għażla tal-kampjun tal-parteċipanti għall-istudju attwali. Inkompli fuq kif ittieħdet id-deċiżjoni finali dwar liema grupp partikolari ta’ informanti kellhom jintgħażlu skont il-varjabbli tas-sess u llokalità. Jissemmew ukoll xi diffikultajiet u limitazzjonijiet li ltqajt magħhom u li wassluni biex ħadt ċerti deċiżjonijiet li affettwaw l-istudju nnifsu. Il-qofol tax-xogħol jintlaħaq fir-raba’, fil-ħames u fis-sitt kapitlu li fihom jiġu analizzati r-riżultati li ġbart minn kampjun ta’ 150 żagħżugħ u żagħżugħa. Ir-raba’ kapitlu jinkludi l-analiżi tal-ewwel grupp ta’ varjanti: kliem li jispiċċa bit-truf -bbiltà, -biltà, - bbilità, -bilità. Il-ħames kapitlu jinkludi l-analiżi tat-tieni grupp: bidla vokalika bejn ‘o’ u ‘u’. Is-sitt kapitlu se jiġbor fih ir-riżultati tat-tielet grupp li jinkludi sitt settijiet oħra ta’ varjanti li ntużaw bħala kliem aljenatorju fl-esperiment li ngħata lill-parteċipanti. Għaldaqstant, dan ix-xogħol se juri l-frekwenza tal-varjanti studjati u fl-istess ħin ikun qed jikxef xi tendenzi partikolari li jista’ jkun hemm fl-għażla ta’ varjant minn ieħor. Se jiġi studjat ukoll, jekk il-parteċipanti humiex konsistenti fl-għażla tal-varjant jew inkella jekk jużawx il-varjanti possibbli mingħajr ma jkunu konxji li qed iħalltu, kemm waqt ittaħdit innifsu kif ukoll waqt il-kitba. Għażilt li nistudja wkoll il-konsistenza bejn dak li jintqal u dak li jinkiteb, jiġifieri ġie studjat jekk persuna tistax tuża varjant meta titkellem imma varjant ieħor meta tikteb. Dan għaliex persuna ma tkunx daqshekk konxja waqt li titkellem, iżda meta tikteb toqgħod iktar attenta u tista’ forsi tagħżel varjant minn ieħor għax forsi jidher sempliċiment isbaħ. Laurie Bauer (135), isejjaħ dan il-kunċett bħala “aesthetic motivation for change”. Din ma tkunx l-unika raġuni, u raġunijiet oħra se nipprova nislithom mir-riżultati li niġbor f’dan l-istudju. Barra minn hekk, ir-riżultati li joħorġu minn dak li jiktbu l-parteċipanti se nqabbilhom mal-Korpus tal-Malti. Jiġifieri se nara l-frekwenza tal-varjanti fil-kitba tal-parteċipanti tiegħi u nqabbilhom mal-frekwenza tal-varjanti li jinsabu fil-Korpus. Dan se nagħmlu biex nara jekk hemmx differenzi flgħażla tal-varjanti fil-kitba tal-kampjun tal-istudenti li studjajt, ma’ kitbiet akkademiċi, legali, letterarji u oħrajn li jinsabu fil-Korpus. Fis-seba’ kapitlu nagħlaq dan it-teżi billi niġbed xi konklużjonijiet ġenerali mir-riżultati ta’ dan l-istudju. Ma jonqosx li nagħti xi opinjonijiet u suġġerimenti dwar x’għandu jsir fid-dawl ta’ dawn il-varjanti fonetiċi – ortografiċi. Ninkludi l-ħsieb tiegħi dwar issitwazzjoni ta’ dawn il-varjanti fil-Malti, liema minnhom għandhom jiġu stabbiliti u xi kriterji wieħed għandu jikkunsidra. Nuri wkoll jekk ir-riżultati li sibt jurux il-possibilità li varjant minnhom għandu jintgħażel mill-varjanti l-oħra u jekk ir-riżultati jistgħux jiġu applikati fuq il-bqija tal-varjanti l-oħra li jinkludu l-istess tip ta’ bidla.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8889
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2013

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
13BAMAL009.pdf
  Restricted Access
5.9 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.