Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8984
Title: | Il-Letteratura tas-snin sittin : proposta pedagoġika għar-raba' sena fi skola sekondarja |
Authors: | Agius, Dylan |
Keywords: | Maltese literature -- 20th century Education, Secondary -- Malta Maltese literature -- Study and teaching (Secondary) -- Malta Education, Primary -- Audio-visual aids |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | Din id-dissertazzjoni tippreżenta proġett ta’ unità b’referenza għat-testi letterarji tal-membri tal-Moviment Qawmien Letterarju. Ġew ippreżentati linji ta’ gwida li permezz tagħhom l-għalliema tal-Malti jaslu għat-tfassil ta’ unità dwar is-Snin Sittin. Din l-unità tinkludi għaxar lezzjonijiet bir-riżorsi, fosthom l-antoloġija Taħbit il-Polz, li tiġbor fiha t-testi letterarji magħżula. Il-lezzjonijiet imtarrġa b’tali mod li l-esperjenza letterarja tolqot l-interessi tal-istudenti u twassalhom biex iwessgħu l-kompetenza letterarja tagħhom skont abiltajiet differenti. Il-proġett twettaq billi saru xi lezzjonijiet fi klassijiet tar-raba’ sena. L-evalwazzjoni ta’ din il-proposta saret permezz ta’ analiżi tar-riflessjonijiet personali, l-opinjonijiet tal-għalliema li osservaw il-lezzjonijiet, kwestjonarju lillistudenti kif ukoll intervista ma’ xi għalliema. Ir-riżultati jindikaw li l-unità fuq il-Letteratura tas-Snin Sittin intlaqgħet tajjeb minn dawk li pparteċipaw fiha. |
Description: | B.ED.(HONS) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8984 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13BED006.pdf Restricted Access | 9.17 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.