Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90359
Title: San Ġużepp fil-kitbiet mistiċi
Other Titles: Il-Ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji
Authors: Dimech, Pauline
Keywords: Mysticism
Mystics
Joseph, Saint -- In literature
Issue Date: 2021
Publisher: Deer Publications
Citation: Dimech, P. (2021). San Ġużepp fil-kitbiet mistiċi. In A. Borg (Ed.), Il-Ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji (pp. 520-544). Rabat: Deer Publications.
Abstract: Dan l-artiklu sejjer jittratta r-riferenza għal San Ġużepp li nsibu fil-kitbiet ta’ xi wħud mill-mistiċi. Ilkoll nafu li l-ħajjiet tal-qaddisin u tal-mistiċi, kif ukoll ilkitbiet tagħhom, huma mimlija b’evidenza ta’ devozzjoni lejn San Ġużepp. Santa Tereża ta’ Avila tirrakkonta kif, meta kienet tgħix fil-Kunvent tal-Inkarnazzjoni ġo Avila, kienet mardet marda li pparalizzatha u kienu ħasbuha li mietet. Hi talbet lil San Ġużepp, u tgħid li kien bl-interċessjoni tiegħu li fieqet. Tereża dejjem qisitu bħala avukat u Sinjur tagħha, u kienet tirrakkomanda lilha nnifisha lilu b’ħafna ħerqa, u tgħid li ħelisha minn ħafna inkwiet, kemm tar-ruħ u kemm tal-ġisem, u li qatt ma rrifjutalha xejn. Imma Tereża ta’ Avila ma kinitx l-unika mistika li kienet devota ta’ San Ġużepp. Xi qaddisin u mistiċi ħallewlna wkoll talb indirizzati lilu. Hemm imbagħad oħrajn, uħud minnhom qaddisin kanonizzati, jew beati, li jgħidu li kellhom ix-xorti li jaraw lil San Ġużepp f ’viżjonijiet li huma kellhom. Forsi l-aktar magħrufa minn dawn l-uħud hija l-Beata Anna Katarina Emmerich (1774–1824) li se nitkellmu dwarha aktar ’il quddiem. Tajjeb li, qabel wieħed jikkunsidra l-kitbiet ta’ dawn l-uħud, nagħmlu xi riflessjonijiet li jirrigwardaw il-psikoloġija ta’ dawn il-mistiċi.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90359
ISBN: 9789995791995
Appears in Collections:Scholarly Works - FacThePTL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
San_Ġużepp_fil-kitbiet_mistiċi_2021.pdf
  Restricted Access
1.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.