Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90501
Title: Esposizzjoni dwar il-professur Ġużè Galea : 1901-1978
Authors: Cuschieri, Lino
Keywords: Galea, Ġużè, 1901-1978
Physicians -- Malta -- Biography
Physicians as authors -- Malta -- Biography
Literature and medicine -- Malta -- 20th century
Authors, Maltese -- 20th century
Qormi (Malta) -- Biography
Issue Date: 1991
Publisher: Reġistru Pubbliku
Citation: Cuschieri, L. (1991). Esposizzjoni dwar il-professur Ġużè Galea : 1901-1978. Valletta: Reġistru Pubbliku.
Abstract: Il-Patri Ġiżwita Ġużeppi Delia, il-magħruf poeta Malti, kien stqarr li l-PROFESSUR ĠUŻE GALEA huwa wieħed mill-kolonni l-kbar li jirfdu l-istorja tal-letteratura Maltija. Bla dubju ta' xejn, l-aqwa xogħlijiet li bihom GALEA żied u sebbaħ it-tagħmira letterarja ta' pajjiżna huma r-rumanzi tiegħu, li biċċiet minnhom kienu u għadhom użati bħala testi fl-iskejjel Maltin. Il-ħidma letterarja tiegħu flimkien mas-sehem attiv u sħiħ fil-ħajja tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti kważi sa mit-twaqqif tagħha, wassluh biex għalkemm mgħobbi bix-xogħol fil-kariga tiegħu professjonali, fl-4 ta' Marzu, 1942, ġie maħtur President ta' din l-Għaqda minflok Dun Karm Psaila. ĠUŻE GALEA mexxa l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti għal tnejn u tletin sena mill-1942 sal-1974 b'għaqal, dehen u dinjità fi żmien meta l-Moviment Malti kien wasal biex ikun aċċettat u milqugħ kemm uffiċjalment minn-naħa tal-Gvern Malti kif ukoll minn-naħa popolari u soċjali ta' ġensna. Nistgħu ngħidu li ĠUŻE GALEA bħala kittieb nibet flimkien ma' l-Għaqda tal-Malti meta flimkien ma' sħabu fi ħdan l-Università kien wieħed mill-ewlenin fost l-istudenti li bil-pinna tagħhom fetħu epoka ġdida ta' qawmien fil-letteratura Maltija.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90501
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Esposizzjoni_dwar_il-professur_Ġuże_Galea_1901_1978.pdf
  Restricted Access
8.13 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.